1 ta' Jannar
data
(Rindirizzat minn 01 Jannar)
L-1 ta' Jannar huwa l-ewwel jum tas-sena fil-kalendarju Gregorjan; jifdal 364 ġurnata oħra għal tmiem is-sena (365 fi snin biżestili). Il-ġurnata preċedenti hi l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.
◄ | Jannar | ► | ||||
Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
31 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |
7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 |
14 | 15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 |
21 | 22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 |
28 | 29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 |
Matul il-Medju Evu taħt l-influwenza tal-Knisja Kristjana, diversi pajjiżi mexxew il-bidu tas-sena għal waħda minn numru ta' avvenimenti Kristjani importanti — il-25 ta' Diċembru (it-Twelid ta' Ġesù), l-1 ta' Marzu, il-25 ta' Marzu (l-Assunzjoni), jew anke l-Għid. Pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent (ħafna minnhom b'popolazzjoni li kellhom fedeltà lejn il-Knisja Ortodossa) bdew is-sena numerata tagħhom fl-1 ta' Settembru minn madwar 988.
Ġrajjiet
immodifika- 45 q.K. – Il-kalendarju Ġuljan beda jintuża għall-ewwel darba.
- 153 q.K. – Il-konsli Rumani bdew is-sena tagħhom fl-uffiċċju.
- 404 – Saret l-aħħar kompetizzjoni bejn il-gladjaturi f'Ruma.
- 630 – Il-Profeta Mawmettu lesta l-armata tiegħu lejn Mekka li kisbitha b'ħafna tixrid ta' demm.
- 1001 – Il-Gran Prinċep Stiefnu I tal-Ungerija inħatar l-ewwel Re tal-Ungerija mill-Papa Silvestru II.
- 1259 – Mikiel VIII ta' Biżanju ġie proklamat ko-emperatur tal-Imperu ta' Niċea flimkien ma' Ġwanni IV ta' Niċea.
- 1438 – Albertu II tal-Asburgu ġie inkurunat Re tal-Ungerija.
- 1502 – Ġiet skoperta minn Amerigo Vespucci fejn illum hemm Rio de Janeiro
- 1515 – Ir-Re Franġisku I ta' Franza isir is-suċċessur tat-tron Franċiż.
- 1651 – Karlu II jiġi nkurunat Re tal-Iskozja.
- 1673 – Servizz regulari tal-posta beda bejn New York u Boston.
- 1700 – Ir-Russja bdiet taddotta n-numerazzjoni oċċidentali tal-kalendarju Ġuljan.
- 1707 – Ġwanni V ġie inkurunat Re tal-Portugall.
- 1739 – Il-Gżira Bouvet ġiet skoperta mill-esploratur Franċiż Jean-Baptiste Charles Bouvet de Lozier.
- 1748 – Il-Papa Benedittu XIV jippublika l-enċilika Inter Caetera, dwar l-abbużi fid-divertiment tal-karnival u dwar l-interferenza mar-Randan.
- 1751 – Il-Papa Benedittu XIV jippublika l-enċiklika Celebrationem magni, dwar l-estenzjoni tal-Ġublew għad-dinja kattolika kollha.
- 1788 – Ġiet ippublikata l-ewwel edizzjoni ta' The Times.
- 1801
- Giuseppe Piazzi jiskopri l-ewwel pjaneta nanu, Ċerere.
- Bl-applikazzjoni tal-Att tal-Unjoni, ġiet kompluta l-unjoni leġislattiva tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tar-Renju tal-Irlanda, fejn ta l-ħajja lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda.
- 1804 – Tmiem tad-dominju Franċiż fuq Ħaiti.
- 1806 – Fi Franza ġie abolit il-kalendarju rivoluzzjonarju Franċiż.
- 1808 – Fl-Istati Uniti ġiet imneħħija l-importazzjoni tal-iskjavi.
- 1833 – Ir-Renju Unit tikseb is-sovranità fuq il-Gżejjer Falkland.
- 1861 – Porfirio Díaz jikseb lil Mexico City.
- 1863 – Abraham Lincoln jiddikjara l-Proklama t'Emanċipazzjoni (abolizzjoni tal-iskjavitù)
- 1877 – Ir-Reġina Vittorja tiġi proklamata Imperatriċi tal-Indja f'Delhi.
- 1880 – Jibda x-xogħol fuq il-Kanal tal-Panamá.
- 1890 – Titwieled il-kolonja Taljana tal-Eritrea.
- 1892 – Il-Gżira Ellis bdiet taċċetta immigranti lejn l-Istati Unit.
- 1893 – Il-Ġappun jaddotta l-kalendarju Gregorjan.
- 1898 – New York bdiet iżżid aktar art mit-territorji ta' madwar, biex ikkreat il-Belt ta' New York il-Kbira. Il-belt hi ġeografikament maqsuma f'ħames distretti: Manhattan, Brooklyn, Queens, The Bronx, u Staten Island.
- 1899 – Tmiem tad-dominju Spanjol fuq Kuba.
- 1900 – Ġie fis-seħħ il-Bürgerliches Gesetzbuch, il-kodiċi ċivili tal-Ġermanja.
- 1901
- In-Niġerja issir protettorat Brittaniku.
- Twaqqif tal-Commonwealth tal-Awstralja (Federazzjoni).
- 1912 – Twaqqif tar-Repubblika taċ-Ċina.
- 1927 – It-Turkija tadotta l-kalendarju Gregorjan.
- 1934 – Alcatraz isir ħabs federali.
- 1937 – Anastasio Somoza García isir President tan-Nikaragwa.
- 1942 – It-Tieni Gwerra Dinjija: il-kelma Nazzjonijiet Uniti tiġi wżata uffiċċjalment għall-ewwel darba biex tiddeskrivi l-patt bejn l-Alleati.
- 1943 – Tiġi kumbattuta għall-ewwel darba l-battalja ta' Guadalcanal bejn forzi marini Amerikani u dawk Ġappuniżi.
- 1948 – Il-Kostituzzjoni tal-Italja ġiet fis-seħħ.
- 1956 – Ir-Repubblika tas-Sudan tikseb l-indipendenza mir-Repubblika Eġizzjana u mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
- 1958 – Twaqqif tal-Komunità Ewropeja.
- 1959 – Fulgencio Batista, president tal-Kuba, kien imneħħi minn postu mill-forzi ta' Fidel Castro matul ir-Rivoluzzjoni Kubana.
- 1960 – Il-Kamerun jikseb l-indipendenza.
- 1962 – Samoa tal-Punent tikseb l-indipendenza minn New Zealand.
- 1964 – Il-Federazzjoni ta' Rodesja u Nyasaland ġiet maqsuma fir-repubbliki indipendenti taż-Żambja u l-Malawi, u Rodesja (taħt il-kontroll Brittaniku).
- 1969 – Marien Ngouabi isir president tar-Repubblika tal-Kongo
- 1971 – Il-pubbliċità tas-sigaretti ma kinitx permess fuq it-televiżjoni Amerikana.
- 1973 – Id-Danimarka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, u r-Repubblika tal-Irlanda huma ammessi fil-Komunità Ewropeja.
- 1979 – L-Istati Uniti u r-Repubblika Popolari Ċiniża jistabbilixxu relazzjonijiet diplomatiċi formali.
- 1980 – Invażjoni Sovjetika fuq l-Afganistan.
- 1981 – Il-Greċja ssir membru tal-Komunità Ewropeja.
- 1983 – L-ARPANET tgħaddi uffiċċjalment għall-użu tal-Internet Protocol, biex ġie ikkreat l-Internet.
- 1984
- 1986
- Spanja u l-Portugall isiru stati membri tal-Komunità Ewropeja.
- L-Aruba issir indipendenti minn Curaçao.
- 1987 – Il-kapitali ta' Nunavut titbiddel minn Frobisher Bay għal Iqaluit.
- 1992 – George H. W. Bush isir l-ewwel President tal-Istati Uniti li jitkellem fil-Parlament Awstraljan.
- 1993
- Iċ-Ċekoslovakkja tinqasam u minnha joħorġu l-Islovakkja u r-Repubblika Ċeka.
- Jiġi introdott suq wieħed fi ħdan il-Komunità Ewropeja.
- 1994 – Jidħol fis-seħħ in-NAFTA bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku.
- 1995
- Tiġi fis-seħħ il-World Trade Organization.
- L-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja jsiru stati membri tal-Unjoni Ewropea.
- 1996 – Curaçao tikseb is-self government limitat.
- 1998 – In-nar ikun projbit minn kull ristorant tal-California.
- 1999 – Tiġi introdotta l-munita ewro
- 2002
- L-Ewro issir il-munita uffiċċjali ta' tnax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea.
- Pluto tiġi ddikjarata li mhix pjaneta.
- 2003 – Luiz Inácio da Silva, magħruf aktar bħala Lula, isir President tal-Brażil.
- 2004 – Pervez Musharraf jikseb il-fiduċja tal-Parlament u tal-assembeji provinċjali tal-Pakistan, biex ikompli bħala President tal-Pakistan.
- 2007
- Ir-Rumanija u l-Bulgarija jidħlu parti tal-Unjoni Ewropea
- Is-Slovenja tadotta l-Ewro.
- Ban Ki-Moon jissostitwixxi lil Kofi Annan bħala Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
- 2008 – Malta u Ċipru jadottaw l-munita Ewro.
- 2009 – 66 ruħ imutu wara nirien f'diskoteka f'Bangkok, it-Tajlandja.
- 2010 – Karozza b'bomba suwiċida tisplodi f'tornew tal-volibol f'Lakki Marwat, il-Pakistan, fejn qatlet 105 ruħ u weġġgħet 100 oħra.
- 2011
- L-Estonja tadotta l-munita Ewro.
- L-Ungerija assumiet il-presidenza tal-Unjoni Ewropea.
- Wara servizz fil-knisja min-naħa tal-komunità Kopta Kristjana f'Lixandra, l-Eġittu, tisplodi karozza bomba li ħalliet 21 mejta u 8 feruti.
- 2012 – Id-Danimarka assumiet il-presidenza tal-Unjoni Ewropea.
- 2013 – Minn tal-inqas 60 ruħ imutu u 200 oħra jindarbu f'stampede wara ċelebrazzjonijiet fi Stade Félix Houphouët-Boigny f'Abidjan, il-Kosta tal-Avorju.
Twelid
immodifika- 766 – Ali al-Rida, Shia Imam († 818)
- 1431 – Papa Alessandru VI († 1503)
- 1467 – Siġiżmondu I tal-Polonja, Re tal-Polonja u Duka tal-Litwanja († 1548)
- 1484 – Huldrych Zwingli, kap protestant Svizzeru († 1531)
- 1511 – Enriku, Duka ta' Cornwall († 1511)
- 1516 – Margaret Leijonhufvud, Reġina ta' Gustavu I tal-iŻvezja († 1551)
- 1554 – Ludovik ta' Württemberg († 1593)
- 1557 – István Bocskay, Prinċep ta' Transilvanja († 1606)
- 1600 – Friedrich Spanheim, teologu Olandiż († 1649)
- 1638 – Imperatur Go-Sai tal-Ġappun († 1685)
- 1648 – Elkanah Settle, kittieb Ingliż († 1724)
- 1704 – Soame Jenyns, kittieb Ingliż († 1787)
- 1711 – Franz Freiherr von der Trenck, suldat Awstrijakk († 1749)
- 1714 – Kristijonas Donelaitis, poeta Litwen († 1780)
- 1735 – Paul Revere, patrijott Amerikan († 1818)
- 1745 – Anthony Wayne, ġeneral Amerikan († 1796)
- 1767 – Maria Edgeworth, rumanziera Anglo-Irlandiża († 1849)
- 1774 – André Marie Constant Duméril, żoologu Franċiż († 1860)
- 1779 – William Clowes, stampatur Ingliż († 1847)
- 1803 – Guglielmo Libri Carucci dalla Sommaja, matematiku Taljan († 1869)
- 1814 – Hong Xiuquan, ribell Ċiniż († 1864)
- 1819 – Arthur Hugh Clough, poeta Ingliż († 1861)
- 1823 – Sándor Petőfi, poeta u rivoluzzjonarju Ungeriż († 1849)
- 1833 – Robert Lawson, arkitett minn New Zealand († 1902)
- 1834 – Ludovic Halévy, drammaturgu Franċiż († 1908)
- 1848 – John Goff, avukat Irlandiż († 1924)
- 1852 – Eugène-Anatole Demarçay, kimiku Franċiż († 1904)
- 1863 – Pierre de Coubertin, motivatur Franċiż tal-Logħob Olimpiku († 1937)
- 1864 – Alfred Stieglitz, fotografu Amerikan († 1946)
- 1864 – Qi Baishi, pittur Ċiniż († 1957)
- 1874 – Gustave Whitehead, inventur Ġermaniż († 1927)
- 1878 – Agner Krarup Erlang, xjentist u inġinier Daniż († 1929)
- 1881 – Vajiravudh, Re tat-Tajlandja († 1925)
- 1888 – John Garand, inventur Amerikan († 1974)
- 1889 – Charles Bickford, attur Amerikan († 1967)
- 1890 – Anton Melik, ġeografu Ungeriż († 1966)
- 1894 – Shitsu Nakano, l-ixjaħ persuna tal-Ġappun († 2007)
- 1900 – Xavier Cugat, mużiċista Spanjol († 1990)
- 1904 – Fazal Ilahi Chaudhry, politiku Pakistani († 1982)
- 1905 – Stanisław Mazur, matematiku Pollakk († 1981)
- 1909 – Dana Andrews, attur Amerikan († 1992)
- 1909 – Barry † Goldwater, politiku Ameriakn († 1998)
- 1911 – Basil Dearden, direttur ċinematografiku Brittaniku († 1971)
- 1917 – Jule Gregory Charney, meteorologu Amerikan († 1981)
- 1917 – Albert Mol, attur Olandiż († 2004)
- 1921 – Ismail al-Faruqi, filosofu Palestinjan († 1986)
- 1923 – Daniel Gorenstein, matematiku Amerikan († 1992)
- 1928 – Ernest Tidyman, kittieb Amerikan († 1984)
- 1930 – Ty Hardin, attur Amerikan
- 1930 – Gaafar al-Nimeiry, President tas-Sudan 1971–85
- 1933 – Joe Orton, kittieb Ingliż († 1967)
- 1937 – Adam Wiśniewski-Snerg, awtur Pollakk († 1995)
- 1939 – Michèle Mercier, attriċi Franċiża
- 1940 – Frank Langella, attur Amerikan
- 1942 – Judy Stone, kantant Awstraljan
- 1943 – Raghunath Anant Mashelkar, xjentist Indjan
- 1946 – Carl B. Hamilton, politiku u ekonomista Żvediż
- 1947 – Jon Corzine, politiku Amerikan
- 1948 – Pavel Grachev, ġeneral Russu
- 1949 – Daniel E Gawthrop, kompożitur Amerikan
- 1953 – Greg Carmichael, kitarrista Brittaniku
- 1954 – Bob Menendez, politiku Amerikan
- 1957 – Ewa Kasprzyk, attriċi Pollakka
- 1957 – Evangelos Venizelos, avukat, professur u politiku Grieg
- 1962 – Sophie Thompson, attriċi Brittanika
- 1963 – Lina Kačiušytė, għawwiema Litwena
- 1966 – Anna Burke, politikanta Amerikana
- 1968 – Joey Stefano, attur Amerikan
- 1968 – Miki Higashino, kompożitur Ġappuniż
- 1969 – Nicolle Dickson, attriċi Awstraljana
- 1970 – Gabriel Jarret, attur Amerikan
- 1972 – Neve McIntosh, attriċi Skoċċiża
- 1972 – Lilian Thuram, futboler Franċiż
- 1974 – Catalina Guirado, mudella Ingliża u personalità televiżiva
- 1977 – Hasan Salihamidžić, futboler Bożnijaku
- 1978 – Vidya Balan, attriċi Indjana
- 1978 – Nina Bott, attriċi Ġermaniża
- 1980 – Elin Nordegren, mudella Żvediża
- 1982 – David Nalbandian, plejer tat-tennis Arġentina
- 1983 – Ali Bastian, mudella u attriċi Ingliża
- 1987 – Meryl Davis, żeffien fuq is-silġ Amerikan
Imwiet
immodifika- 138 – Lucius Aelius Caesar, politiku Ruman (t. 101)
- 379 – San Bażilju l-Kbir, isqof Grieg (t. 330)
- 533 – San Fulġenzju ta' Ruspe, isqof Latin
- 898 – Odo, Konti ta' Pariġi (t. 860)
- 1031 – Guljelmu ta' Volpiano, patri Taljan (t. 962)
- 1387 – Re Karlu II ta' Navarra, sovran Franċiż (t. 1332)
- 1515 – Re Ludoviku XII ta' Franza (t. 1462)
Festi u rikorrenzi
immodifikaNazzjonali
immodifika- Kuba – Festa tal-Liberazzjoni
- Sudan – Festa tal-Indipendenza
- Ħaiti – Festa tal-Indipendenza
- Tajwan – Fundazzjoni tar-Repubblika taċ-Ċina
- Slovakkja – Fundazzjoni tar-Repubblika Slovakka.
Reliġjużi
immodifika- San Fulġenzju ta' Ruspe, isqof
- San Ġużepp Tomasi, kardinal
- Guljelmu ta' Volpiano, abbati
- San Odilone ta' Cluny, abbati
- San Vinċenz Marijastrambi, isqof
- Santa Zedislava ta' Lemberk, fundatriċi ta' kunvent
Reliġjon Rumana antika u moderna:
Ħoloq esterni
immodifika- (EN) BBC: On This Day