Paġni li jiddiskutu l-lingwa Maltija
Għajnuna prattika għat-traduzzjoni | Grammatika Maltija (diskussjoni) | Kitba | Storja tal-lingwa Maltija | Kif tikteb bi-Malti fuq il-kompjuter

Kull min jixtieq jikteb bil-Malti huwa mħeġġeġ li juża l-karattri Maltin, ħalli b'hekk jiġi ffrankat ħafna xogħol u modifikar żejjed.

Windows (ANSI & Unicode) immodifika

  • Bil-Windows XP SP2 huwa possibli li jintuża' l-format tat-tastiera tal-Malti li jiġi mas-sistema stess. Is-soltu l-użu ta' layouts huwa globali, għalkemm ċerti applikazzjonijiet jaħdmu mas-sistema biex jekk tibdel il-layout waqt li tkun qiegħed fihom, il-bidla ssir biss għal dik l-applikazzjoni biss. Biex tkun taf kif tħaddem it-tastiera tal-Malti, aqra dan id-dokument maħrug mis-CSC. Dan huwa l-aħjar mod biex jinkiteb estensivament bil-Malti jekk għandek tastiera Maltija (ara hawnhekk).
  • Alternattiva ugwalment effettiva huwa d-driver uffiċjali maħruġ mis-CIMU, li jista' jinxtel u jintefa' b'shortcut sempliċi. Dan jista' jintuża globalment jew għal applikazzjonijiet speċifiċi. Tista' tniżżlu minn hawnhekk.

Il-mapping għaż-żewġ tastieri hawn fuq huwa hekk (uża Shift jew Caps Lock għal ittri kbar): ` = ċ, [ = ġ, ] = ħ, \ = ż.

  • Għal min irid juża l-Malti imma jinsa' fejn ikunu l-karattri jew ma jridx jimmodifika l-layout li diġà juża, soluzzjoni tajba hi li jintużaw shortcuts bil-buttuni Ctrl+Alt jew AltGr tat-tastiera. Tista' tniżżel il-Unicode driver b'xejn għal dan il-għan minn hawnhekk. Dan jaħdem kemm fuq Windows XP, kif ukoll fuq verżjonijiet oħra, u jista jiġi addattat kemm għal US u kemm għal UK keyboard.

Il-mapping għal din l-alternattiva huwa hekk, per eżempju: AltGr+c = ċ, AltrGr+g = ġ, AltGr+h = ħ, AltGr+a = à, AltGr+e=è, etċ ...

  • Għal min irid jikteb bil-Malti meta juża l-LaTeX, jeżisti l-package maltese. Jekk wieħed juża verżjoni reċenti tal-programm MiKTeX, dan jista jiġi downloaded awtomatikament billi wieħed ipoġġi '\usepackage{maltese}' fil-preambolu. Sfortunatament, dan ma jużax Unicode internament għalissa (limitazzjoni tal-LaTeX), iżda jagħti riżultati tajbin bil-fonts standard.
  • Is-sistema ta' fonts Maltin m'għadhiex tintuża, favur is-simboli fis-sett ta' karattri tas-sistema (jiġifieri s-settijiet ANSI u/jew Unicode). Għal daqstant, il-programm MLS (li kien jintuża fil-programmi tal-Microsoft Office) lanqas m'għadu jintuża. Ftakar li l-Wikipedija tuża biss karattri Unicode u s-sistema tal-HTML.
  • Jekk trid tibdel awtomatikament dokumenti miktuba bil-font obsolet tat-'Tornado' għall-karattri propja fil-Unicode, tista tuża programm b'xejn, kemm għall-Windows u kemm għall-Linux, li ssib hawnhekk. Bħalissa jista jaqleb biss text files. Biex taqleb document bil-Microsoft Word trid l-ewwel tagħmel esportazzjoni.

IKTEB BL-ITTRI TAL-MALTI (fonts tal-Malti, tipi tal-Malti, Maltese fonts) immodifika

Install Maltese fonts, Malta fonts immodifika

Download Maltese fonts, Malta fonts immodifika

Imxi ma' dan il-manwal: http://kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/kompjuter.pdf

Refer to this manual: http://kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/kompjuter.pdf

Linux immodifika

  • Il-maġġoranza ta' distros ta' din is-sistema għandhom tastiera tal-Malti. Dawn jinkludu: Mandrake u Red Hat.

Ortografija immodifika

  • Ramon Casha jipprovdi, b'xejn, servizz li jiċċekkja l-ortografija. Dan is-servizz jinsab hawnhekk u jista' jintuża minn kwalunkwe sistema u browżer li jista' juża l-formoli.
  • Ċerti programmi tal-kitba għandhom għodda biex tiċċekkja l-ortografija fihom stess, il-maġġoranza bi ħlas.