Wesley Michael "Wes" Brown (twieled fit-13 ta' Ottubru 1979) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li kien jilgħab bħala difensur.

Wes Brown
Informazzjoni personali
Isem sħiħWesley Michael Brown
Twelid13 ta' Ottubru 1979 (1979-10-13) (44 sena)
ManchesterIngilterra
Tul1.85 m
RwolDifensur
Mixtliet
1992–1996Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
1996–2011Manchester United
2011–2016Sunderland
2016–2017Blackburn Rovers
2017–2018Kerala Blasters
Tim nazzjonali
1999–2010Ingilterra

Karriera immodifika

Manchester United immodifika

F'età ta' tnax-il sena Brown ingħaqad mal-akkademja ta' Manchester United, wara li kien qatta' xi snin jilgħab bħala student għal Burnage High School u l-Fletcher Moss Rangers. Brown wera t-talent u l-maturità tiegħu f'età tenera, fejn iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma' Manchester United fl-14 ta' Novembru 1996, meta kellu biss sbatax-il sena.

Brown għamel suċċess mat-timijiet ġovanili u tar-riservi fejn irnexxielu jirbaħ l-FA Youth Cup u kif ukoll midalja mar-riservi tal-Lancashire Division One. Mal-kollezzjoni tiegħu żied ukoll l-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.

Fl-4 ta' Mejju 1998, Brown għamel id-debutt mal-ewwel tim fil-Premiership kontra Leeds United bħala sostitut. L-iżblokk tiegħu wasal fis-sena ta' wara, fl-istaġun 1998–99, fejn għamel diversi dehriet mal-ewwel tim bħala difensur fuq il-faxxa leminija kif ukoll fil-pożizzjoni naturali tiegħu ta' difensur ċentrali. L-istaġun ma setax jispiċċa aħjar għal Brown, hekk kif United kisbu l-famuża Tripletta.

Waqt li kien qed jitħarreġ mal-iskwadra fil-kampanja tal-1999–2000, Brown sofra mill-ewwel fost ħafna waqfiet li għamel fil-karriera tiegħu mil-logħob. Bħala riżultat, ma lagħab l-ebda logħba kompettittiva matul l-istaġun, waqt li United marru biex jirbħu s-sitt titlu tal-Premier League fi tmien staġuni.

Ir-ritorn tiegħu s-sena ta' wara kien wieħed mill-aqwa fejn ġie mfaħħar minn kulħadd tal-ħila li wera, bil-kowċ tal-klabb Sir Alex Ferguson jistqarr li Brown kien l-aqwa difensur fil-klabb.[1]

Kampanja tajba fl-istaġun 2000–01 ġiet segwita minn sena oħra mill-aqwa fl-2001–02. Ir-reputazzjoni tiegħu kibret aktar matul l-istaġun 2002–03, imma għal darb'oħra l-prestazzjonijiet tiegħu kienu mwaqqfa minn xi uġigħ li sofra. Fl-aħħar ġurnata tal-istaġun Brown ġibed ligament tal-irkoppa, u ma reġax irritorna fl-azzjoni sa nofs l-istaġun 2003–04. Brown spiċċa l-istaġun b'forma tajba, fejn irnexxielu jagħmel prestazzjoni imperjali kontra Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup. Kien wara din il-prestazzjoni li Ferguson reġa' stqarr li Brown hu "l-aqwa difensur naturali" fl-Ingilterra.[2] Minkejja dan kollu, Brown ma sabx postu fl-iskwadra Ingliża għall-Kampjonati Ewropej tal-2004.

Wara kważi tliet snin mingħajr ma jiskorja gowl fil-Premier League għal United, Brown skorja fit-23 ta' Marzu 2008 kontra r-rivali Liverpool, fir-rebħa ta' 3–0.

Wara li għall-bidu irrifjuta offerta ta' kuntratt ġdid f'Diċembru tal-2007,[3] Brown iffirma kuntratt ġdid ta' ħames snin flimkien mad-difensur Rio Ferdinand u l-midfilder Michael Carrick f'April tal-2008, li b'hekk se jżommu mal-klabb sal-2013.[4] Fl-4 ta' Ottubru 2008, Brown skorja r-raba' gowl tal-karriera tiegħu ma' Manchester United meta skorja b'daqqa ta' ras minn passaġġ ta' Wayne Rooney fir-rebħa li United għamlu fuq Blackburn Rovers bl-iskor ta' 2–0.

F'Novembru tal-2008 Wes Brown kien imġiegħel joqgħod barra mil-logħob għal ħames ġimgħat wara operazzjoni fl-irkoppa. Wara ħafna intoppi fit-triq tiegħu biex jirkupra mill-ġdid, Brown irritorna fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat meta lagħab id-90 minuta kollha kontra Hull City.[5] Fiż-żewġ staġuni segwenti, l-involviment tiegħu mal-ewwel tim naqas ħafna fejn fl-aħħar staġun tiegħu mal-klabb tal-United beda biss ħames logħbiet.

Sunderland immodifika

Fis-7 ta' Lulju 2011, Brown iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sunderland għal somma mhux magħrufa.[6] Iddebutta fl-ewwel ġurnata tal-istaġun 2011–12 fi dro ta' 1–1 kontra Liverpool, fejn ġie vvutat ukoll bħala l-plejer tal-partita.

Internazzjonali immodifika

Brown iddebutta mat-tim Ingliż kontra l-Ungerija nhar it-28 ta' April 1999. Hu ngħata post mat-tim Ingliż għat-Tazza tad-Dinja 2002.

Wara li ma ntgħażilx għat-Tazza tad-Dinja 2006, hu reġa' ġie msejjaħ mill-kowċ Steve McClaren, u lagħab fir-rebħa kontra l-Andorra nhar it-2 ta' Settembru fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn ħa post lil Rio Ferdinand li kien imweġġa biex ifforma koppja difensiva ma' John Terry.

Fabio Capello tah post mal-ewwel ħdax fl-ewwel żewġ partiti taħt il-gwida tat-tim nazzjonali kontra l-Iżvizzera u Franza. L-ewwel gowl fuq livell internazzjonali wasal kontra r-Repubblika Ċeka f'Wembley nhar l-20 ta' Awwissu.

Brown irtira mill-futbol internazzjonali fit-8 ta' Awwissu, 2010, jum biss wara li ġie magħżul għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ungerija.[7]

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Manchester United

Statistika immodifika

Statistika korretta sad-29 ta' Jannar 2012[8]

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Manchester United 1997–98 2 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 0
1998–99 24 0 2 0 1 0 4 0 0 0 21 0
1999–2000 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
2000–01 28 0 1 0 1 0 11 0 0 0 41 0
2001–02 17 0 0 0 0 0 7 0 0 0 24 0
2002–03 22 0 2 0 5 0 6 1 0 0 35 1
2003–04 17 0 6 0 0 0 2 0 0 0 25 0
2004–05 21 1 6 0 3 0 7 0 0 0 37 1
2005–06 19 0 4 0 5 0 3 0 0 0 31 0
2006–07 22 0 6 0 2 0 7 0 0 0 37 0
2007–08 36 1 4 0 1 0 10 0 1 0 52 1
2008–09 8 1 0 0 1 0 2 0 2 0 13 1
2009–10 18 0 1 0 4 0 4 0 0 0 27 0
2010–11 7 0 3 1 3 0 2 0 0 0 15 1
Total 232 3 35 1 27 0 65 1 3 0 361 5
Sunderland 2011–12 20 1 1 0 1 0 22 1
Total fil-karriera 252 4 36 1 28 0 65 1 3 0 384 6

Referenzi immodifika

  1. ^ "Wes Brown, Manchester United" (bl-Ingliż). TheFA.com. 2006-02-01. Miġbur 2008-11-01.
  2. ^ Scott the Red (2007-09-22). "The Best Natural Defender In England" (bl-Ingliż). The Republik of Mancunia. Miġbur 2008-11-01.
  3. ^ "Brown snubs final contract offer" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-12-08. Miġbur 2008-11-01.
  4. ^ "Ferdinand signs new Man Utd deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-04-18. Miġbur 2008-11-01.
  5. ^ "Hull 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-05-24. Miġbur 2009-05-24.
  6. ^ "Manchester United's Wes Brown completes Sunderland move" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-07-07. Miġbur 2011-07-07.
  7. ^ "Defender Wes Brown ends England career" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-08-08. Miġbur 8 August 2010.
  8. ^ Endlar, Andrew. "Wes Brown" (bl-Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Miġbur 2009-05-24.

Ħoloq esterni immodifika