UEFA Champions League 2008–09

Il-UEFA Champions League 2008–09 kienet l-54 edizzjoni tal-kampjonat massimu għall-klabbs Ewropej u s-17-il edizzjoni taħt il-format kurrenti tal-UEFA Champions League. Il-finali saret ġewwa l-Istadju Olimpiku ta' Ruma fis-27 ta' Mejju 2009. Din kienet t-tmien darba li l-finali tat-Tazza taċ-Ċampjins saret fl-Italja u r-raba' waħda fl-Istadju Olimpiku. Il-finali laqqgħet liċ-ċampjins renjanti, Manchester United, u lil Barcelona, li kienu rebħu dan it-turnew fl-2006. Barcelona rebħu l-partita 2–0, b'gowls ta' Samuel Eto'o u Lionel Messi, li b'hekk assiguraw ir-rebħ tat-Tripletta staġjonali.

UEFA Champions League 2008–09
Dettalji tal-kompetizzjoni
Dati 16 ta' Settembru 2008 – 27 ta' Mejju 2009
Parteċipanti 32 (minn konfederazzjoni waħda)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Spanja Barcelona
It-Tieni post Ingilterra Manchester United
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 125
Gowls skorjati 329 (2.63 kull logħba)
Attendenza 5,008,404 (40,067 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Arġentina Lionel Messi (9 gowls)

Sistema ta' kwalifikazzjoni immodifika

Total ta' 76 tim ipparteċipaw fiċ-Champions League 2008-09, minn 52 assoċjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganizza l-ebda kampjonat domestiku). Il-pajjiżi huma allokati postijiet skont il-koeffiċjenti tal-UEFA.

Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2008-09:

  • Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 16-53 (minbarra l-Liechtenstein): 1 tim

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Żvizzera, Norveġja, Iżrael, Serbja, Danimarka, Awstrija, Polonja, u Ungerija)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)

  • 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 6 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 11-16
  • 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9 (l-Olanda jdaħħlu r-rebbieħa minn serje ta' logħob eliminatorji minflok li t-tim tat-tieni post jikkwalifikaw awtomatika)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
  • 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3

Fażi tal-gruppi: (32 tim)

  • rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
  • 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-10
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 1-6

Rawnds ta' kwalifikazzjoni immodifika

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni immodifika

Il-poloz għall-ewwel u t-tieni rawnd ġew imtellgħin nhar it-Tlieta, l-1 ta' Lulju 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fil-15 ta' Lulju u fis-16 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-22 ta' Lulju u fit-23 ta' Lulju 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Linfield   1–3   Dinamo Zagreb 0–2 1–1
Valletta   0–3   Artmedia Petržalka 0–2 0–1
Dinamo Tbilisi   3–1   NSÍ Runavík 3–0 0–1
Santa Coloma   2–7   Kaunas 1–4 1–3
Murata   0–9   IFK Göteborg 0–5 0–4
Llanelli   1–4   Ventspils 1–0 0–4
Anorthosis Famagusta   3–0   Pyunik Yerevan 1–0 2–0
Inter Baku   (gbd) 1–1   Rabotnički 0–0 1–1
Tampere United   3–2   Budućnost 2–1 1–1
F91 Dudelange   0–3   Domžale 0–1 0–2
Dinamo Tirana   1–4   Modriča 0–2 1–2
Aktobe   1–4   Sheriff Tiraspol 1–0 0–4
Drogheda United   3–1   Levadia 2–1 1–0
BATE   3–0   Valur 2–0 1–0

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni immodifika

L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fid-29 ta' Lulju u fit-30 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fil-5 ta' Awwissu u fis-6 ta' Awwissu 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Rangers   1–2   Kaunas 0–0 1–2
Brann   (gbd) 2–2   Ventspils 1–0 1–2
Inter Baku   1–3   Partizan 1–1 0–2
Tampere United   3–7   Artmedia Petržalka 1–3 2–4
Anorthosis Famagusta   4–3   Rapid Wien 3–0 1–3
Domžale   2–6   Dinamo Zagreb 0–3 2–3
Panathinaikos   3–0   Dinamo Tbilisi 3–0 0–0
IFK Göteborg   3–5   Basel 1–1 2–4
Sheriff Tiraspol   0–3   Sparta Prague 0–1 0–2
Drogheda United   3–4   Dynamo Kyiv 1–2[1] 2–2
Anderlecht   3–4   BATE 1–2 2–2
Beitar Jerusalem   2–6   Wisła Kraków 2–1 0–5
Fenerbahçe   7–0   MTK Hungária 2–0 5–0
Aalborg BK   7–1   Modriča 5–0 2–1

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni immodifika

Il-poloz għat-tielet rawnd ġew imtellgħin nhar l-1 ta' Awwissu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-partiti ntlagħbu fit-12 ta' Awwissu u fit-13 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-26 ta' Awwissu u fis-27 ta' Awwissu 2008. It-timijiet telliefa minn kull konfront daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA, waqt li t-timijiet rebbieħa avvanzaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Anorthosis Famagusta   3–1   Olympiacos 3–0 0–1
Vitória Guimarães   1–2   Basel 0–0 1–2
Shakhtar Donetsk   5–1   Dinamo Zagreb 2–0 3–1
Schalke 04   1–4   Atlético Madrid 1–0 0–4
Aalborg BK   4–0   Kaunas 2–0 2–0
Barcelona   4–1   Wisła Kraków 4–0 0–1
Levski Sofia   1–2   BATE 0–1 1–1
Standard Liège   0–1   Liverpool 0–0 0–1 (ħs)
Partizan   3–4   Fenerbahçe 2–2 1–2
Twente   0–6   Arsenal 0–2 0–4
Spartak Moscow   2–8   Dynamo Kyiv 1–4 1–4
Juventus   5–1   Artmedia Petržalka 4–0 1–1
Brann   1–3   Marseille 0–1 1–2
Fiorentina   2–0   Slavia Prague 2–0 0–0
Galatasaray   2–3   Steaua Bucureşti 2–2 0–1
Sparta Prague   1–3[2]   Panathinaikos 1–2 0–1

Fażi tal-gruppi immodifika

Il-poloz itellgħu nhar it-28 ta' Awwissu 2008 f'Monako, ġurnata qabel is-Supertazza Ewropea 2008.[3]

Kriterji ta' spareġġ immodifika

Skont il-paragrafu 4.05 tar-regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:

  1. l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
  2. l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  3. l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  4. l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  5. numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  6. numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel.
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun

Grupp A immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Roma 6 4 0 2 12 6 +6 12
  Chelsea 6 3 2 1 9 5 +4 11
  Bordeaux 6 2 1 3 5 11 −6 7
  CFR Cluj 6 1 1 4 5 9 −4 4

Grupp B immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Panathinaikos 6 3 1 2 8 7 +1 10
  Internazionale 6 2 2 2 8 7 +1 8
  Werder Bremen 6 1 4 1 7 9 −2 7
  Anorthosis 6 1 3 2 8 8 0 6

Grupp Ċ immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Barcelona 6 4 1 1 18 8 +10 13
  Sporting CP 6 4 0 2 8 8 0 12
  Shakhtar Donetsk 6 3 0 3 11 7 +4 9
  Basel 6 0 1 5 2 16 −14 1

Grupp D immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Liverpool 6 4 2 0 11 5 +6 14
  Atlético Madrid 6 3 3 0 9 4 +5 12
  Marseille 6 1 1 4 5 7 −2 4
  PSV Eindhoven 6 1 0 5 5 14 −9 3

Grupp E immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Manchester United 6 2 4 0 9 3 +6 10
  Villarreal 6 2 3 1 9 7 +2 9
  Aalborg BK 6 1 3 2 9 14 −5 6
  Celtic 6 1 2 3 4 7 −3 5

Grupp F immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Bayern 6 4 2 0 12 4 +8 14
  Lyon 6 3 2 1 14 10 +4 11
  Fiorentina 6 1 3 2 5 8 −3 6
  Steaua 6 0 1 5 3 12 −9 1

Grupp Ġ immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Porto 6 4 0 2 9 8 +1 12
  Arsenal 6 3 2 1 11 5 +6 11
  Dynamo Kyiv 6 2 2 2 4 4 0 8
  Fenerbahçe 6 0 2 4 4 11 −7 2

Grupp H immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Juventus 6 3 3 0 7 3 +4 12
  Real Madrid 6 4 0 2 9 5 +4 12
  Zenit St. Petersburg 6 1 2 3 4 7 −3 5
  BATE 6 0 3 3 3 8 −5 3

Fażi eliminatorja immodifika

Mill-ewwel rawnd preliminarju għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ partiti kontra xulxin ġewwa u barra minn darhom bl-istess regoli li applikaw fir-rawnd ta' kwalifika jibqgħu japplikaw. Fir-rawnd tal-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati li ma kinux fl-istess pajjiż jew li huma tal-istess oriġini. Għall-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semifinali, il-klabbs huma elenkati skont ir-riżultati miksuba fil-grupp u l-ewwel fażi ta' eliminazzjoni tal-istaġun kurrenti (tmien partiti).

Tabella immodifika

  L-Aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                                         
   Lyon 1 2 3  
   Barcelona 1 5 6  
     Barcelona 4 1 5  
     Bayern Munich 0 1 1  
   Sporting CP 0 1 1
   Bayern Munich 5 7 12  
     Barcelona (gbd) 0 1 1  
     Chelsea 0 1 1  
   Real Madrid 0 0 0  
   Liverpool 1 4 5  
     Liverpool 1 4 5
     Chelsea 3 4 7  
   Chelsea 1 2 3
   Juventus 0 2 2  
     Barcelona 2
     Manchester United 0
   Internazionale 0 0 0  
   Manchester United 0 2 2  
     Manchester United 2 1 3
     Porto 2 0 2  
   Atlético Madrid 2 0 2
   Porto (gbd) 2 0 2  
     Manchester United 1 3 4
     Arsenal 0 1 1  
   Villarreal 1 2 3  
   Panathinaikos 1 1 2  
     Villarreal 1 0 1
     Arsenal 1 3 4  
   Arsenal (p) 1 0 1 (7)
   Roma 0 1 1 (6)  

L-ewwel rawnd preliminarju immodifika

It-tlugħ tal-poloz saru fid-19 ta' Diċembru 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. L-ewwel leg tal-ewwel rawnd eliminatorju ntlagħbu fl-24 u l-25 ta' Frar 2009, waqt li t-tieni leg intlagħbet fl-10 u l-11 ta' Marzu 2009.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Chelsea   3–2   Juventus 1–0 2–2
Villarreal   3–2   Panathinaikos 1–1 2–1
Sporting CP   1–12   Bayern Munich 0–5 1–7
Atlético Madrid   2–2 (gbd)   Porto 2–2 0–0
Lyon   3–6   Barcelona 1–1 2–5
Real Madrid   0–5   Liverpool 0–1 0–4
Arsenal   1–1 (7–6 p)   Roma 1–0 0–1 (ħs)
Internazionale   0–2   Manchester United 0–0 0–2

Kwarti tal-finali immodifika

Il-partiti mill-ewwel leg intlagħbu fis-7 u t-8 ta' April, waqt li dawk mit-tieni leg intlagħbu fl-14 u 15 ta' April.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Villarreal   1–4   Arsenal 1–1 0–3
Manchester United   3–2   Porto 2–2 1–0
Liverpool   5–7   Chelsea 1–3 4–4
Barcelona   5–1   Bayern Munich 4–0 1–1

Semifinali immodifika

Il-partiti mill-ewwel leg se jintlagħbu fit-28 ta' April, waqt li l-parti mit-tieni leg se jintlagħbu fil-5 u s-6 ta' Mejju 2009.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Manchester United   4–1   Arsenal 1–0 3–1
Barcelona   1–1 (gbd)   Chelsea 0–0 1–1

Finali immodifika

Il-finali tal-UEFA Champions League 2009 intlagħbet fid-20:45 CEST tas-27 ta' Mejju 2009 ġewwa Stadio Olimpico ta' Ruma, fl-Italja. Barcelona rebħu l-konfront finali bl-iskor ta' 2–0, b'gowls ta' Samuel Eto'o u Lionel Messi. Din ir-rebħa fissret ukoll li huma saru l-ewwel tim Spanjol li rebaħ it-Tripletta. Għall-ħames sena konsekuttiva l-finalist kien tim Ingliż. Manchester United kienu l-ewwel ċampjins detenturi tat-tazza li wasslu sal-finali tal-kompetizzjoni minn mindu Juventus għamlu dan fl-1997, u kienu qed jimmiraw biex isiru l-ewwel klabb li jiddefendi din it-tazza minn mindu l-Milan irrepetew is-suċċess fl-1990.

27 ta' Mejju 2009
20:45 (UTC+2)
Barcelona   2 – 0   Manchester United Stadio Olimpico, Ruma
Attendenza: 65,467
Referi: Massimo Busacca (Żvizzera)
Eto'o   10'
Messi   70'
Rapport

Rebbieħ immodifika

Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2008–09
 
FC Barcelona
It-tielet titlu

L-aqwa skorers immodifika

Il-plejers segwenti huma l-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2008–09 (fażi tal-gruppi biss):

Poż. Isem Tim Gowls Ħin ta' logħob
1   Lionel Messi   Barcelona 9 982'44"
2   Steven Gerrard   Liverpool 7 580'36"
  Miroslav Klose   Bayern Munich 7 680'07"
4   Lisandro López   Porto 6 943'11"
5   Emmanuel Adebayor   Arsenal 5 627'33"
  Alessandro Del Piero   Juventus 5 688'14"
  Didier Drogba   Chelsea 5 702'31"
  Robin van Persie   Arsenal 5 716'34"
  Thierry Henry   Barcelona 5 717'50"
  Karim Benzema   Lyon 5 731'13"

Referenzi immodifika

  1. ^ Il-partita ntlagħbet f'Dublin.
  2. ^ L-ordni tal-partiti ġew invertiti
  3. ^ "UEFA sets Monaco agenda" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-08-05. Miġbur 2008-08-28.

Ħoloq esterni immodifika