Torri tal-Ħamrija

It-Torri tal-Ħamrija hu fortizza li riċentement inbniet mil-ġdid, li l-Kavallieri ta' Malta bnew fuq Malta. Hu torri tal-għassa, wieħed minn 13 li l-Gran Mastru Martin de Redin ordna li jinbnew. It-torri nbena fl-1659 bħala t-12-il wieħed f'sensiela ta' torrijiet ta' Redin u l-aħħar wieħed fuq ix-xatt ilbiċi ta' Malta. L-eqreb torri fis-sensiela hu t-Torri tal-Wardija lejn il-lbiċ. Oriġinarjament it-torri kien armat b'kanun ta' tliet libbri u ieħor ta' nos libbra, it-tnejn żgħar wisq biex ikunu utli ħlief biss biex jagħtu sinjal.

It-torri qiegħed xi ftit mijiet ta' metri 'l bogħod mit-tempji Neolitiċi tal-Imnajdra u Ħaġar Qim. Qiegħed fuq irdum b'veduta sabiħa tal-gżira ta' Filfla. It-torri qiegħed bejn Għar Lapsi, fis-distrett tas-Siġġiewi, u Wied iż-Żurrieq, fid-distrett tal-Qrendi.

Sorsi immodifika

Koordinati: 35°49′28″N 14°26′24″E / 35.8245°N 14.4399°E / 35.8245; 14.4399