Tomasz Mirosław Kuszczak (twieled fl-20 ta' Marzu 1982) huwa eks-plejer tal-futbol Pollakk li kien jilgħab bħala gowler.

Tomasz Kuszczak
Informazzjoni personali
Isem sħiħTomasz Mirosław Kuszczak
Twelid20 ta' Marzu 1982 (1982-03-20) (42 sena)
Krosno OdrzańskiePolonja
Tul1.91[1]
RwolGowler
Mixtliet
1998–1999Śląsk Wrocław
1999–2000Uerdingen
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2004Hertha BSC II
2001–2004Hertha BSC
2004–2007West Bromwich Albion
2006–2007Manchester United (self)
2007–2012Manchester United
2012Watford (self)
2012–2014Brighton & Hove Albion
2014–2015Wolves
2015–2019Birmingham City
Tim nazzjonali
1998Polonja U16
2000Polonja U18
2001–2003Polonja U21
2003–2012Polonja

Kuszczak beda l-karriera tiegħu ma' Śląsk Wrocław fil-Polonja, u suċċessivament ingħaqad mat-timijiet Ġermaniżi ta' KFC Uerdingen 05 u Hertha BSC Berlin, qabel ma' fl-2004 ingħaqad mat-tim Ingliż ta' West Bromwich Albion. Matul is-sajf tal-2006 hu ttrasferixxa mat-tim ta' Manchester United wara staġun mal-ewwel tim ta' West Brom fil-Premiership.

Kuszczak għamel erbatax-il apparenza għat-tim nazzjonali tal-Polonja ta' taħt il-21 sena, u sitt apparenzi mat-tim tal-kbar.

Karriera immodifika

Hertha Berlin immodifika

Kuszczak ingħaqad ma' Hertha Berlin fis-sena 2000, u qatta' sena mat-tim tar-riservi qabel ma kien promoss mal-ewwel tim fl-2001. Hu sussegwentament dam tliet staġuni bħala t-tielet għażla ta' gowler mal-klabb, wara Gábor Király u Christian Fiedler, u naqas biex jagħmel apparenza fil-Bundesliga. Hu kien barra mill-kuntratt ma' Hertha u wara ffirma mat-tim ta' West Brom fl-14 ta' Lulju 2004.[2]

West Bromwich Albion immodifika

Hu ddebutta mat-tim ta' West Brom fit-18 ta' Settembru 2004 f'logħba tal-Premiership kontra Fulham f'The Hawthorns, li spiċċat pari ta' 1-1. Wara hu lagħab partita tal-League Cup kontra Colchester United fil-21 ta' Settembru 2004 fejn Albion tilfu 1–2.

Kuszczak kien bejn il-lasti f'partita waħda tal-Premier League qabel il-logħba ta' West Brom kontra Manchester United fil-partita ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun 2004-05, bil-"Baggies" f'battalja tar-relegazzjoni. Hu għamel prestazzjoni tajba ħafna, fejn issostitwixxa lill-ewwel gowler Russell Hoult li kien weġġa' fl-ewwel taqsima. West Brom spiċċaw pari ta' 1–1, b'Kuszczak jibqa' inbattibli għal 68 minuta fil-grawnd. Din il-prestazzjoni tatu l-ewwel unur tal-Plejer tal-Partita fil-Premiership. Il-ġimgħa ta' wara, fl-aħħar partita tal-istaġun kontra Portsmouth, Kuszczak kellu logħba oħra mpressjonanti, fejn West Brom irnexxielhom jirbħu 2–0, u b'hekk jevitaw ir-relegazzjoni. Fl-2005-06, Kuszczak kien suppost kellu jkun il-gowler riserva ta' Chris Kirkland. B'Kirkland imweġġa, Kuszczak għamel l-ewwel apparenza fil-Premiership ta' dak l-istaġun fit-30 ta' Ottubru 2005, imma ma setax jevita lil Newcastle United milli jirbħu 3–0. Il-prestazzjoni tjiebet, fejn irnexxielu jsir il-gowler tal-ewwel għażla. Din kompliet anki jekk Kirkland kien irritorna mill-uġigħ li kien żammu barra.

Fil-15 ta' Jannar 2006, Kuszczak kellu partita mpressjonati kontra Wigan, fejn għamel intervent importanti fuq Jason Roberts, li ippermetta li West Brom biex jirbħu 1–0.

Fis-7 ta' Lulju 2006, kien konfermat mill-kowċ ta' West Bromwich Albion Bryan Robson li Manchester United urew ix-xewqa li jakkwistaw il-plejer għal madwar £2 miljun. Fit-3 ta' Awwissu, West Bromwich Albion irrifjutaw somma ta' £2.5 miljun flimkien mas-self ta' Giuseppe Rossi, għal Kuszczak. Fl-10 ta' Awwissu 2006, Kuszczak ingħaqad ma' Manchester United fejn il-ftehim kien jinvolvi t-trasferiment tal-gowler ta' tmintax-il sena Luke Steele u d-difensur Paul McShane għal West Brom.

Manchester United immodifika

Kuszczak iddebutta fil-Premier League kontra Arsenal fis-17 ta' Settembru 2006 u hu mal-ewwel kiseb ir-rispett ta' diversi partitarji ta' Manchester United hekk kif salva penalty ta' Gilberto Silva. Imma hu, ma setax jipprevjeni l-gowl ta' Emmanuel Adebayor li ta r-rebħa ta' 1–0.

Minkejja li Kuszczak ma lagħabx logħob biżżejjed fil-Premiership għall-istaġun 2006–07, hu xorta rċieva medalja tar-rebbieħa permezz ta' applikazzjoni speċjali lill-Premier League.

Fit-2 ta' Lulju 2007, Manchester United ħabbar li t-trasferiment sar wieħed permanenti.[3]

Fit-8 ta' Mejju, f'partita tal-FA Cup kontra Portsmourh, Kuszczak irċieva karta ħamra wara daħla fuq Milan Baroš.[4] Kuzcszak kien daħal bħala sostitut għal van der Sar li kien weġġa' matul il-logħba, u b'hekk Rio Ferdinand kellu jidħol bejn il-lasti, però ma setax jipprevejeni l-penalty li wassal għall-eliminazzjoni ta' United mill-FA Cup.

Internazzjonali immodifika

Kuszczak iddebutta fil-11 ta' Diċembru 2003 kontra Malta, fejn il-Polonja ħarġu 4-0 rebbieħa.

Minħabba l-prestazzjoni tajba ma' West Brown, hu kien imsejjaħ mat-23 plejer li kienu se jieħdu sehem għall-Polonja fit-Tazza tad-Dinja 2006. Madanakollu, Kuszczak kien ir-riserva tal-gowler Artur Boruc u ma lagħbx matul it-turnew.

F'Mejju tal-2008 hu kien imsejjaħ fl-iskwadra Pollakka għall-Euro 2008 imma kellu jirtira l-parteċipazzjoni tiegħu minħabba uġigħ f'darhu.[5] Postu ħadu l-gowler ta' Korona Kielce Wojciech Kowalewski.

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Manchester United

Statistika tal-karriera immodifika

Aġġornati sas-27 ta' April 2009

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Tazza tal-Kampjonat Ewropa Oħrajn[a] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Hertha BSC 2001–02 0 0 0 0 0 0 0 0
2002–03 0 0 0 0 0 0 0 0
2003–04 0 0 0 0 0 0 0 0
Total 0 0 0 0 0 0 0 0
West Bromwich Albion 2004–05 3 0 1 0 1 0 5 0
2005–06 28 0 0 0 2 0 30 0
2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0
Total 31 0 1 0 3 0 35 0
Manchester United (self) 2006–07 6 0 5 0 2 0 0 0 0 0 13 0
Manchester United 2007–08 9 0 1 0 1 0 5 0 0 0 16 0
2008–09 4 0 0 0 2 0 2 0 0 0 8 0
2009–10 8 0 1 0 3 0 2 0 0 0 14 0
2010–11 5 0 1 0 2 0 2 0 0 0 10 0
2011–12 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
Total 32 0 8 0 10 0 11 0 0 0 61 0
Watford (self) 2011–12 13 0 13 0
Total 13 0 0 0 0 0 0 0 0 0 13 0
Brighton & Hove Albion 2012–13 42 0 0 0 1 0 0 0 0 0 43 0
Total 42 0 0 0 1 0 0 0 0 0 43 0
Total fil-Karriera 118 0 9 0 14 0 11 0 0 0 152 0
Noti
  1. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs

Referenzi immodifika

  1. ^ "Player Profile - Tomasz Kuszczak". Premier League. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-08-19. Miġbur 2011-01-09.
  2. ^ "West Brom bag keeper" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-07-14. Miġbur 2007-09-20.
  3. ^ "Kuszczak pens four-year United deal". ABC Sport. 2008-08-12. Miġbur 2008-10-31.
  4. ^ Phil McNulty (2008-03-08). "Man Utd 0-1 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-03-08.
  5. ^ "Poland keeper Kuszczak out of European Championship" (bl-Ingliż). International Herald Tribune. 2008-06-06. Miġbur 2007-07-04.

Ħoloq esterni immodifika