Sewell

raħal tal-estrazzjoni fiċ-Ċilì

Sewell huwa raħal tal-estrazzjoni diżabitat fiċ-Ċilì li jinsab fix-xaqlibiet tal-Andes fil-komun ta' Machalí fil-Provinċja ta' Cachapoal, fir-Reġjun ta' Libertador General Bernardo O'Higgins, f'altitudni ta' bejn 2,000 u 2,250 metru. Fl-2006 ir-raħal ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] Huwa magħruf bħala eks raħal tal-estrazzjoni, li ġie żviluppat mill-Kumpanija tar-Ram ta' Braden (bl-Ingliż: Braden Copper Company) għall-abitazzjonijiet tal-ħaddiema (u għall-familji tagħhom) assoċjati mal-operazzjonijiet ta' El Teniente, l-ikbar minjiera ta' taħt l-art tal-estrazzjoni tar-ram fid-dinja.

Sewell
 Ċilì
Amministrazzjoni
Stat sovranĊilì
Region of ChileO'Higgins Region (en) Translate
Province of ChileCachapoal Province (en) Translate
Commune of ChileMachalí (en) Translate
Ismijiet oriġinali Sewell
Ġeografija
Koordinati 34°05′06″S 70°22′57″W / 34.085°S 70.3825°W / -34.085; -70.3825Koordinati: 34°05′06″S 70°22′57″W / 34.085°S 70.3825°W / -34.085; -70.3825
Sewell is located in Chile
Sewell
Sewell
Sewell (Chile)
Superfiċjenti 17.2 hectare, 33 hectare
Għoli 2,150 m
Demografija
Popolazzjoni 0 abitanti
sewell.cl…

Fl-aqwa tar-raħal, fl-1960, kien jgħixu hemmhekk 16,000 ruħ. Wara li l-gvern xtara l-maġġoranza tal-ishma tal-minjiera, u iktar u iktar wara li l-estrazzjoni tar-ram ġie nazzjonalizzat fl-1971, il-kumpanija tal-gvern ittrasferiet il-ħaddiema fil-wied. Barra minn hekk, il-gvern bena l-Awtostrada tar-Ram sabiex tipprovdi l-aċċess għall-minjiera u għall-operazzjonijiet relatati. Filwaqt li xi binjiet twaqqgħu fis-snin 80 tas-seklu 20, oħrajn dan l-aħħar ġew rinnovati għall-ħaddiema kuntrattwali, u ġew irrestawrati bħala parti mill-preservazzjoni ta' dan is-sit storiku. Il-gvern taċ-Ċilì ddeżinjah fl-1998 bħala l-Monument Nazzjonali.

Storja immodifika

Ir-raħal ġie stabbilit fl-1906 mill-Kumpanija tar-Ram ta' Braden bħala raħal tal-kumpanija biex jappoġġa l-estrazzjoni tar-ram mill-minjiera ta' El Teniente. Ir-raħal ingħata kunjom l-ewwel president tal-kumpanija, Barton Sewell.[2]

Matul id-Depressjoni l-Kbira, il-Kumpanija tar-Ram ta' Braden saret sussidjarja tal-Kumpanija tar-Ram ta' Kennecott. Fl-1917 il-fonderija ġiet ittrasferita minn Sewell għal Caletones, fejn żviluppa raħal ieħor madwarha.

Oriġinarjament il-ħaddiema rġiel kienu jgħixu f'abitazzjonijiet kondiviżi f'Sewell, imsejħa colectivos. Iktar 'il quddiem żdiedu l-abitazzjonijiet tal-familji, u mbagħad ġew żviluppati bandli, pjazez, ħwienet u ċinema. In-nies bil-mixi kienu jitilgħu u jinżlu t-taraġ vertikali biex jilħqu l-livelli differenti tar-raħal. It-toroq kienu orizzontali u ma kinux pavimentati minħabba l-kundizzjonijiet qalila tat-temp fix-xitwa. Ma kien hemm l-ebda karozza fir-raħal. Fuq in-naħa li tħares lejn il-Punent ta' Cerro Negro, ġie żviluppat kamp għall-persunal barrani.

Il-minerali estratti kienu jitniżżlu mill-ġenb tal-muntanja lejn Graneros, fejn kienu jitgħabbew fuq vaguni ferrovjarji. Il-linja ferrovjarja tal-gejġ dejjaq li kienet tikkollega lil Sewell mar-raħal fil-qrib ta' Rancagua, 32 kilometru (20 mil) 'il bogħod, bdiet tinbena fl-1906 u tlestiet fl-1911. Id-distanza totali li kienet tkopri kienet 72 kilometru (45 mil) b'bidla fl-elevazzjoni ta' 1,500 metru (5,000 pied).

Sal-1915 inbnew u ġew stabbiliti sptar, dipartiment tat-tifi tan-nar u klabb soċjali f'Sewell. Il-binjiet u d-djar kienu magħmulin bl-injam, u ġew miżbugħa b'kuluri jgħajtu bħall-isfar, l-aħmar u l-blu. Fl-aqwa tiegħu, fl-1960, ir-raħal kellu iktar minn 16,000 abitant. Sal-1918 ir-raħal kellu iktar minn 12,000 ruħ.[3]

Sewell huwa magħruf bħala l-"Belt tat-Taraġ". Ir-raħal inbena fuq art wisq wieqfa għall-vetturi bir-roti, madwar taraġ ċentrali kbir, imsejjaħ l-Escalara Central, li nbena mill-istazzjon ferrovjarju. Il-provvisti kollha kellhom jiġu ttrasferiti lejn il-belt permezz ta' linja ferrovjarja tal-gejġ dejjaq. F'Pueblo Hundido kien hemm il-kwartieri residenzjaliż, filwaqt li taħt id-depożiti tal-minerali kien hemm El Establecimiento, li kien fih il-konċentratur, l-impjant idroelettriku u linja tat-tramm.[4]

Fit-8 ta' Awwissu 1944, 102 ċittadini mietu f'valanga meta ċedew ix-xaqlibiet tar-raħal. Theddidiet addizzjonali oħra kienu jinkludu t-terremoti, iċ-ċedimenti tal-art u l-isplużjonijiet mill-operazzjonijiet tal-minjieri.

F'Ġunju 1945, 355 ħaddiem mietu fil-minjiera ta' El Teniente minħabba li ġew ivvelenati bil-monossidu tal-karbonju, u 747 ħaddiem oħra ndarbu, peress li d-duħħan infirex fil-minjiera minn nar li faqqa' barra. Dan id-diżastru wassal biex il-gvern jiżviluppa u jadotta iktar regolamenti dwar is-sikurezza.[5]

Deklin immodifika

Fl-1967 il-Koroporazzjoni tar-Ram ta' Kennecott bigħet is-sjieda unika tas-sit meta l-gvern taċ-Ċilì xtara 51 % tal-ishma fil-kumpanija. Dak iż-żmien, bosta nies ġew ittrasferiti minn Sewell għal Rancagua. Il-gvern bena l-Awtostrada tar-Ram biex ikunu jistgħu jaċċessaw il-minjiera u l-operazzjonijiet tal-estrazzjoni relatati.

Fl-1971 il-minjiera ġiet nazzjonalizzata mill-gvern ta' Allende. Fl-1977, CODELCO (Corporación Nacional del Cobre de Chile), b'sjieda statali, bdiet tittrasferixxi iktar familji 'l barra minn Sewell lejn il-wied. Ir-raħal tal-kumpanija kien ilu attiv għal iktar minn seba' deċennji, u appoġġa l-kostruzzjoni u l-isfruttament tal-ikbar minjiera ta' taħt l-art fid-dinja. CODELCO mbagħad bdiet it-twaqqigħ tal-binjiet fir-raħal.

Preservazzjoni immodifika

 
Sewell fil-borra.

Bosta nies tkellmu favur il-preservazzjoni tar-raħal minħabba l-importanza tiegħu fl-istorja taċ-Ċilì u l-post mhux tas-soltu fejn tinsab fl-Andes. It-twaqqigħ twaqqaf lejn l-aħħar tas-snin 80 tas-seklu 20. Fl-1998 il-gvern taċ-Ċilì ddikjara lil Sewell bħala Monument Nazzjonali. Fl-1999 il-Kulleġġ tal-Arkitetti taċ-Ċilì ddikjara lil Sewell bħala wieħed mill-iżjed għaxar opri urbani importanti fil-pajjiż. Inkitbu disa' kotba dwar il-ħajja f'Sewell. Fl-2006 l-UNESCO niżżlet is-sit fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji, abbażi tan-nominazzjoni bħala sit indikattiv u l-valutazzjoni tal-importanza tiegħu.[1]

Matul is-snin 80 tas-seklu 20, uħud mill-kumplament tal-binjiet ġew immudellati mill-ġdid sabiex jospitaw eluf ta' ħaddiema kuntrattwali fil-minjiera, iżda iktar 'il quddiem tneħħew. Ġew irrestawrati binjiet oħra sabiex tiġi ppreservata n-natura tar-raħal oriġinali. Għad fadal xi 50 binja rrestawrata b'kollox, u f'waħda mill-istruttura hemm mużew tal-istorja.

CODELCO juża diversi binjiet għall-uffiċċji. Attwalment fir-raħal għad fadal biss il-faċilitajiet bażiċi tal-kumpanija meħtieġa għall-estrazzjoni. Din iż-żona mhijiex aċċessibbli bil-vetturi privati. Il-gvern jippermetti ż-żjarat mill-viżitaturi permezz ta' operaturi turistiċi biss li jorganizzaw żjarat minn Santiago u minn Rancagua.

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

Ir-Raħal tal-Estrazzjoni ta' Sewell ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2006.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".[1]

Klima immodifika

Minħabba l-elevazzjoni tiegħu, Sewell għandu klima kontinentali Mediterranja bi sjuf sħan (Dsb, skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), b'mill-inqas erba' xhur b'temperatura medja ta' iktar minn 10 °C (50 °F) u b'mill-inqas xahar b'temperatura medja taħt iż-0 °C (32 °F), bi sjuf nexfin u moderati, u xtiewi bil-borra.

Data klimatika għal Sewell, iċ-Ċilì (1991-2021)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 18.2

(64.8)

17.8

(64.0)

16.3

(61.3)

12.2

(54.0)

6.3

(43.3)

1.4

(34.5)

0.2

(32.4)

2.4

(36.3)

4.9

(40.8)

7.7

(45.9)

11.9

(53.4)

15.6

(60.1)

9.6

(49.2)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 12.8

(55.0)

12.5

(54.5)

10.6

(51.1)

6.2

(43.2)

2.4

(36.3)

−1.4

(29.5)

−3.1

(26.4)

−0.8

(30.6)

2.1

(35.8)

3.9

(39.0)

6.4

(43.5)

10.2

(50.4)

5.1

(41.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 6.6

(43.9)

6.7

(44.1)

4.4

(39.9)

0.3

(32.5)

−1.4

(29.5)

−4.2

(24.4)

−6.3

(20.7)

−1.6

(29.1)

−0.7

(30.7)

0.1

(32.2)

0.9

(33.6)

3.2

(37.8)

0.7

(33.2)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 6.6

(0.26)

10.1

(0.40)

19.7

(0.78)

27.3

(1.07)

62.9

(2.48)

159.6

(6.28)

98.3

(3.87)

73.1

(2.88)

55.1

(2.17)

39.4

(1.55)

14.6

(0.57)

5.7

(0.22)

572.4

(22.53)

Sors: Climate-Data.org[6]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Sewell Mining Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-21.
  2. ^ Charles Caldwell Hawley (2014). A Kennecott Story. The University of Utah Press. p. 105.
  3. ^ Charles Caldwell Hawley (2014). A Kennecott Story. The University of Utah Press. pp. 144-145.
  4. ^ Charles Caldwell Hawley (2014). A Kennecott Story. The University of Utah Press. pp. 127, 146.
  5. ^ Charles Caldwell Hawley (2014). A Kennecott Story. The University of Utah Press. p. 128.
  6. ^ "Clima Sewell: Temperatura, Climograma y Tabla climática para Sewell". es.climate-data.org. Miġbur 2023-10-22.