Robert-Joseph Pothier

Robert Joseph Pothier (Orléans, 9 ta' Jannar 1699Orléans, 2 ta' Marzu 1772) kien ġurista Franċiż.

Basso riljev ta' Pothier, Joseph Kiselewski, 1950
Traités des contrats aléatoires, 1767.

Wara l-istudji fil-liġi, fl-1720 ġie nnominat imħallef maġistrat tat-tribunal ta' Orléans, kif kienu qablu missieru u nannuh. Żamm l-inkarigu għal tnejn u ħamsin sena. Ta attenzjoni partikolari għat-testi ta' Ġustinjanu, bit-tir li jikkordina u jippreżenta f'ordni loġiku l-massimu tad-Dritt Ruman. It-test tiegħu "Pandectae Justinianae in novum ordinem digestae" (ippubblikat bejn l-1748 u l-1752) sar klassiku tal-istudji tad-Dritt Ruman. Fl-1749 kiseb il-kattedra tal-liġi fl-Università ta' Orléans.

Fit-"Traité des obligations" żviluppa teorija tad-dritt ċivili msejjes fuq id-dritt morali. Abbażi tal-morali Nisranija, iddikjara ruħu kontra il-metdi tal-interrogatorju ta' dak iż-żmien, li kienu jikkonsistu f'turmenti ta' intensità li tikber ftit ftit. Il-produzzjoni xjentifika tiegħu kollha – magħrufa bħala t-Trattat ta' Pothier – għadha sal-lum il-ġurnata tal-akbar interess għall-ġurista modern, billi intużat bil-kbir mill-Kummissjoni li Napuljun fdalha l-kompitu li tirrediġi l-Code Civil il-ġdid.

Fost il-bosta xogħlijiet tiegħu hemm dawn:

  • Traité des obligations [Trattat tal-Obbligazzjonijiet] (1761)
  • Du Contrat de vente [Dwar il-Kuntratt tal-Bejgħ] (1762)
  • Du Contrat de bail [Dwar il-Kuntratt tal-Kiri] (1764)
  • Du Contrat de société [Dwar il-Kuntratt tas-Soċjetà] (1765)
  • Des Contrats de prêt de consomption [Dwar il-Kuntratt tas-Self għall-Konsum] (1766)
  • Du Contrat de depot et de mandat [Dwar il-Kuntratt tad-Depożitu u l-Mandat] (1766)
  • Du Contrat de nantissement (1767)