Belt famuza hafna fil-Gzejjer Maltin hija Victoria f'Ghawdex. Ir rabat hija l belt Kapitali t Ghawdex u u hija maghrufa ghac Cittadella medjevali. Li fiha nsibu il Gran Castello, Muzewijiet u L Habs l-Antik. Ir-Rabat jew Città Vittoria hija l-belt kapitali tal-gżira t'Għawdex, gżira tal-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,414 (Novembru 2005), u b'din il-popolazzjoni din il-lokalità hi l-ikbar waħda f'Għawdex.

Rabat (Għawdex)
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaGħawdex
Ismijiet oriġinali Rabat
Ġeografija
Koordinati 36°03′N 14°15′E / 36.05°N 14.25°E / 36.05; 14.25Koordinati: 36°03′N 14°15′E / 36.05°N 14.25°E / 36.05; 14.25
Rabat (Għawdex) is located in Malta
Rabat (Għawdex)
Rabat (Għawdex)
Rabat (Għawdex) (Malta)
Superfiċjenti 2.9 kilometru kwadru
Għoli 90 m
Demografija
Popolazzjoni 6,901 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Djibouti (en) Translateu Nichelino (en) Translate
victoria.org.mt

Din il-belt hi msejjħa ukoll bl-isem Victoria li ġie mogħti fl-1887 mill-gvern Brittaniku fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Vittorja, minn rikjesta tal-Arċisqof ta' Malta, Mons. Pietru Pace. Madanakollu, din il-belt hi xorta magħrufha fost l-Għawdxin bl-isem antik tar-Rabat.

Amministrazzjoni u Kunsill Lokali immodifika

 
Il-Banca Giuratale, is-sede tal-Kunsill Lokali tar-Rabat

Il-Belt Victoria hi l-akbar lokalità f'Għawdex, u taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-sede tal-kunsill hi l-Banca Giuratale, bini mibni matul il-ħakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann. L-ewwel elezzjoni għall-kunsill saret fis-16 ta' April, 1994. Il-kunsill preżenti ġie elett fl-elezzjonijiet ta' Marzu 2013 u hu ffurmat minn:

  • Samuel Azzopardi (sindku, PN)
  • Josef Schembri (viċi-sindku, PN)
  • Maria Portelli (PN)
  • Marċell Tabone (PN)
  • Joseph Debrincat (PL)
  • Michael Buttigieg (PL)
  • Anthony Briffa (PL)

Faċilitajiet immodifika

Fil-Belt Victoria insibu plejgrawnd għar-residenti, kif ukoll ġnien, fost oħrajn. F'din il-belt insibu faċilitajiet sportivi, hekk kif il-belt Victoria għandha fi ħdanha l-akbar numru ta' klabbs sportivi f'Għawdex. Dawn huma:

Dawn kollha jitħarrġu fil-grawnds rispettivi tagħhom.

Faċilitajiet reġjonali immodifika

Il-belt Victoria, bħala l-belt kapitali ta' Għawdex, fiha l-akbar numru ta' binjiet governattivi u amministrattivi ta' Għawdex, fosthom:

  • Il-Ministeru għal Għawdex
  • In-Nutar Pubbliku
  • Id-Dipartiment tal-Artijiet
  • Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni
  • Il-Librerija Pubblika
  • L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
  • Il-Venda tal-Karozzi tal-Linja
  • Il-Gym Reġjonali għal Għawdex
  • L-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja
  • L-Iskola għal aktar studju

Festi immodifika

F'din il-belt jiġu ċċelebrati żewġ festi prinċipali, dik ta' San Ġorġ, li l-festa liturġika tiegħu taħbat nhar it-23 ta' April, iżda tkun iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju, kif ukoll dik ta' Santa Marija nhar il-15 ta' Awwissu. Dik ta' San Ġorġ toħroġ mill-Bażilika iddedikata lill-istess qaddis, filwaqt li dik ta' Santa Marija toħroġ mill-Katidral ta' Għawdex. Il-festi esterni huma organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u Leone rispettivament.

Baned tar-raħal immodifika

Iż-żewġ baned prinċipali huma l-Banda La Stella u l-Banda Leone, li jieħdu ħsieb il-Festi ta' San Ġorġ u Santa Marija rispettivament. Iż-żewġ baned għandhom is-sede tagħhom fiż-żewġ teatri ewlenin tal-Gżira: it-Teatru Astra tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u t-Teatru Aurora tas-Socjetà Filarmonika Leone.

Dawn iż-żewġ baned jorganizzaw ukoll kunċerti varji matul is-sena, kif ukoll, fiż-żewġ teatri jittellgħu l-opri, li ta' kull sena jattiraw mijiet ta' Maltin.[1]

Ġonna pubbliċi immodifika

Il-Villa Rundle hu l-ġnien prinċipali tal-belt, kif ukoll tal-gżira. Dan il-ġnien iservi għal attivitajiet reġjonali, fosthom il-wirja tradizzjonali tal-bhejjem li tittella' kull sena għall-festa ta' Santa Marija. Ġo dan il-ġnien wieħed isib bosta monumenti u bustijiet ta' personalitajiet li taw sehem fl-iżvilupp tal-Belt Victoria, u ta' Għawdex.

Żoni tar-Rabat immodifika

  • Belliegħa
  • Ċittadella
  • Demnija
  • Gelmus
  • Għajn Lukin
  • Il-Ġnien
  • Qasam San Ġorġ
  • Sellum
  • Ta' Ħamet
  • Ta' l-Ibraġ
  • Ta' Mliet
  • Ta' Wara s-Sur
  • Taċ-Ċawla
  • Taflija
  • Tal-Far
  • Tal-Grazzja
  • Tal-Maltija
  • Tal-Mejda
  • Villa Rundle
  • Wied Tal-Grazzja

Toroq prinċipali u arterjali immodifika

  • Pjazza Fuq it-Tomba
  • Pjazza Indipendenza (Pjazza t-Tokk)
  • Pjazza San Franġisk
  • Pjazza San Ġorġ
  • Pjazza Santu Wistin
  • Triq Dingli
  • Triq Enriku Mizzi
  • Triq Fortunato Mizzi
  • Triq Gedrin
  • Triq Ġorġ Borg Olivier
  • Triq Għajn Qatet
  • Triq Ġużè Ellul Mercer
  • Triq id-Dawwara
  • Triq il-Kappuċċini
  • Triq il-Papa Ġwanni Pawlu II
  • Triq ir-Repubblika
  • Triq it-Tabib Anton Tabone
  • Triq l-Ewropa
  • Triq l-Imgħallem
  • Triq Mejlak
  • Triq Monsinjur S. Lanzon
  • Triq Ninu Cremona
  • Triq Putirjal
  • Triq Sant' Orsla
  • Triq Ta' Kerċem
  • Triq Tomba
  • Triq Viani
  • Triq Wara s-Sur
  • Triq Wied il-Lunzjata

Referenzi immodifika

  1. ^ "Visitors to Gozo pick up" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-09-22. Miġbur 2010-08-07.

Ħoloq esterni immodifika