Il-Qabru huwa endemiku għal ċerti postijiet fil-Gżejjer Maltin. Dan il-granċ huwa rari ħafna u l-popolazzjoni tiegħu qiegħda tinżel minħabba fit-tniġġis tal-ilma, nuqqas ta' ilma fin-nixxiegħa u minħabba il-qbid tiegħu mill-bniedem.[1]

Qabru
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumArthropoda
KlassiMalacostraca
OrdniDecapoda
FamiljaPotamidae
ĠeneruPotamon
SpeċiPotamon fluviatile
sottospeċi Potamon fluviatile lanfrancoi
,

Karatteristiċi immodifika

Il-qabru huwa krustaċju u għandu kulur griż u aħdar b'xi postijiet bl-isfar u l-oranġjo.

Abitat immodifika

Il-Qabru jinstab fejn l-ilma ħelu imma jgħix ukoll ħdejn l-għadajjar u l-fwawar f'postijiet bħall-Imtaħleb, Baħrija u San Martin f'Malta u l-Lunzjata f'Għawdex.

Meta jiġi mhedded, il-Qabru jistaħba taħt il-ġebel, ġo l-ilma, bejn il-pjanti, jew billi jidħol ġol-ħofor li jħaffer fit-tajn jew fit-tafal. Dawn il-ħofor jistgħu jkunu fondi 50ċm. Parti mill-ħofra normalment ikollha xi ftit ilma.[1]

Ikel immodifika

Il-Qabru huwa karnivoru u jiekol annimali żgħar bħall-marżebba. Il-Qabru normalment jiekol wara l-għabex.[1]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ Wildlife of the Maltese Islands, BirdLife Malta and Nature Trust, 1995