Pseudantechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, parti mil-grupp tal-marsupjali karnivori, eżattament l-Anteċini l-foloz (għalkemm wieħed mill-ispeċi xi kultant jissejjaħ bl-isem ta' Dibbler tat-Tramuntana peress li fil-passat kien jagħmel parti mill-ġeneru Parantechinus), tal-kontinent tal-Awstralja.

Pseudantechinus
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDasyuromorphia
FamiljaDasyuridae
SottofamiljaDasyurinae
ġeneru Pseudantechinus
Tate, 1947

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Dasyurini ma' disa' ġeneri oħra li huma Dasycercus, Dasykaluta, Dasyuroides, Dasyurus, Myoictis, Neophascogale, Parantechinus, Phascolosorex u Sarcophilus.

Il-ġeneru Pseudantechinus, it-tieni l-aktar ta' suċċess fost il-ġeneri fit-tribù Dasyurini (fl-ewwel post hemm il-ġeneru Dasyurus b'seba' speċi) u jiġbor fiħ sitt speċi, kollha ħajjin. Id-dibbler tat-Tramuntana, Pseudantechinus bilarni, li llum il-ġurnata sar jissejjaħ aktar bl-isem ta' Anteċinu falz tat-Tramuntana, snin ilu kien klassifikat fil-ġeneru Parantechinus, sakemm studji ġenetiċi wrew li dan l-ispeċi huwa aktar relatat fil-qrib mal-Anteċini foloz u b'hekk ġie riklassifikat fil-ġeneru Pseudantechinus.

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Pseudantechinus immodifika

Referenzi immodifika

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Ħoloq esterni immodifika