President ta' Malta

ir-repubblika ta' malta

Il-President ta' Malta huwa l-kap tal-istat kostituzzjonali tar-Repubblika ta' Malta, bil-poter jibqa' f'idejn il-Prim Ministru. Il-President jiġi elett mir-Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati għal mandat ta' ħames snin. Il-President ta' Malta huwa l-gwardjan tal-Kostituzzjoni ta' Malta fejn hu biss li jieħu dan il-ġurament quddiem il-Kamra. Jekk il-President jiddubita fuq kemm il-kostituzzjonalità ta' liġi anke jekk l-avviż tal-Avukat Ġenerali jgħid li timxi skont il-kostituzzjoni, dan jista' jistaqsi għal aktar kjarifika. Il-President jifforma parti, kemm b'mod dirett u dak indirett, tat-tliet fergħat tal-istat. Jifforma parti tal-Parlament (Kapitolu VI, sezzjoni 51), jaħtar il-ġudikatura (Kapitolu VIII, sezzjoni 96) u l-awtorità eżekuttiva hi eżerċitata mill-President (Kapitolu VII, sezzjoni 78).

Din il-kariga inħalqet l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru, 1974, meta Malta saret repubblika fost il-Commonwealth. L-aħħar Gvernatur Ġenerali, is-Sur Anthony Mamo, sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap tal-istat. Mamo serva bħala President sal-1976. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet ministru fi żmien il-gvern preċedenti Laburista.

Mill-1989, il-mandat tal-President beda u spiċċa fl-4 ta' April. Attwalment, il-President ta' Malta huwa t-Tabib George Vella.

Bandiera uffiċjali immodifika

 
Il-Bandiera tal-President ta' Malta

Sal-1988, ma kienet teżisti l-ebda bandiera għall-President ta' Malta, u għalhekk kienet tintuża l-bandiera nazzjonali. Iżda f'dik is-sena, eżattament fit-12 ta' Diċembru 1988, ġiet introdotta bandiera ġdida. Din tikkonsisti mill-arma fuq sfond blu, u s-simbolu tas-Salib ta' Malta b'kulur id-deheb f'kull rokna. Din il-bandiera tperper fuq ir-residenzi u l-uffiċini uffiċjali tal-President, fuq il-vettura tiegħu, u f'kull okkażjoni fejn hu preżenti.

Lista ta' Presidenti tar-Repubblika immodifika

# Ritratt Isem Bidu tal-kariga Skadenza tal-kariga
1   Sur Anthony Mamo 13 ta' Diċembru 1974 27 ta' Diċembru 1976
2   Anton Buttigieg 27 ta' Diċembru 1976 27 ta' Diċembru 1981
  Albert Hyzler
(aġent)
27 ta' Diċembru 1981 15 ta' Frar 1982
3   Agatha Barbara 15 ta' Frar 1982 15 ta' Frar 1987
  Paul Xuereb
(aġent)
15 ta' Frar 1987 4 ta' April 1989
4   Ċensu Tabone 4 ta' April 1989 4 ta' April 1994
5   Ugo Mifsud Bonnici 4 ta' April 1994 4 ta' April 1999
6   Guido de Marco 4 ta' April 1999 4 ta' April 2004
7   Eddie Fenech Adami 4 ta' April 2004 4 ta' April 2009
8   George Abela 4 ta' April 2009 4 ta' April 2014
9   Marie Louise Coleiro Preca 4 ta' April 2014 4 ta' April 2019
10   George Vella 4 ta' April 2019 fil- kariga

Residenzi uffiċjali immodifika

L-uffiċċju uffiċjali tal-President huwa l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Residenzi presidenzjali oħra jinkludu:

Ħoloq esterni immodifika