Il-pika Alpina, xjentifikament magħrufa Ochotona alpina, hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mat-Tramuntana tal-kontinent Ażjatiku, normalment f'ambjent muntanjuż u bl-irdumijiet. Din għandha distribuzzjoni vasta mifruxa ma' tliet pajjiżi li huma l-Każakistan, il-Mongolja u r-Russja.

Pika Alpina
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaOchotonidae
ĠeneruOchotona
speċi Ochotona alpina
Pallas, 1773
Distribuzzjoni ġeografika

Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u li huma miġburin fis-sottoġeneru Pika. Ochotona alpina hija mniżżla mil-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb.

Klassifikazzjoni immodifika

Referenzi immodifika

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.

Ħoloq esterni immodifika