Pietru Caxaro (m. 1400, L-Imdina - 1485, ir-Rabat (Malta)) huwa magħruf fil-letteratura Maltija bħala l-ewwel poeta li kiteb bil-Malti.

Pietru Caxaro
Ħajja
Twelid Mdina, 1400
Nazzjonalità Malta
Mewt Mdina, Awwissu 1485 (Gregorian)
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
filosofu
Xogħlijiet importanti Il-Cantilena

Bijografija immodifika

Pietru Caxaro, iben Ljuni u Żuna, twieled l-Imdina fil-bidu tas-seklu 15. Kien nutar pubbliku, kien iħobb it-tagħlim, u kien ukoll meqjus bħala poeta, filosfu, u oratur ta' ħila. Wara l-istudji tiegħu f'Malta, mar Palermo biex jagħmel l-eżami quddiem il-protonutar, u fl-1 ta' April 1438 laħaq nutar pubbliku għall-gżejjer Maltin. Imma jidher li ftit ħadem ta' nutar, għax f'Ġunju tal-istess sena nħatar mħallef għal Għawdex. Sadattant ġieli għamilha ta' mħallef għal Malta wkoll u fil-qrati tal-gvern u tal-isqof. U kienu bosta l-okkażjonijiet bejn l-1452 u l-1483 meta kellu jagħmilha ta' mħallef fil-kunsill popolari ta' Malta. Pietru Caxaro kien ukoll wieħed mill-kunsillieri tal-Imdina bejn l-1450 u l-1483, u għamel ħabta segretarju tal-kunsill tal-Imdina. Għalkemm għall-ħabta tal-1463 kien tħajjar jiżżewweġ lill-armla Francha de Biglera, jidher li baqa' għażeb. Meta miet fis-sajf tal-1485 indifen fil-kappella tal-Madonna tas-Sokkors li nbniet bi flusu fil-knisja tad-Duminkani tar-Rabat.

Letteratura immodifika

Pietru Caxaro huwa magħruf fil-letteratura Maltija bħala l-ewwel poeta li kiteb bil-Malti. Dan minħabba li fl-1966 Patri Mikiel Fsadni (OP), waqt li kien qed jirriċerka fuq ħwejjeġ storiċi, sab poeżija fl-atti notarili ta' Brandano de Caxario, miżmuma f'reġistru tal-1533 sal-1536.[1] Huwa xandar is-sejba tiegħu mal-Professur Godfrey Wettinger fl-1968. Il-poeżija ġiet imsejħa Xidew il-Qada jew Cantilena fejn Brandan jgħid li Pietru Caxaro kien qaribu u kitibha kif kien jiftakarha hu. Għaldaqstant, nistgħu ngħidu li din il-poeżija hija l-eqdem test letterarju bil-Malti eżistenti. Ta' min jinnota wkoll li Caxaro kien juża xi kliem mil-Latin imħallat ma' dak Semitiku; għalkemm dan tal-aħħar jidher li kien predominanti.

Ara ukoll immodifika

Refenenzi immodifika

  1. ^ M. Montebello, ‘Who really discovered the Cantilena?’, Culture and Entertainment, suppliment with The Sunday Times of Malta, 14 June, p. 1; P. Xuereb, ‘The Cantilena’, Sunday Times of Malta, 21 June, p. 25; J. Vella, ‘Who really discovered the Cantilena?’, Sunday Times of Malta, 21 June, p. 25.

Ħoloq esterni immodifika