Mario Monti (twieled fid-19 ta' Marzu 1943) kien Prim Ministru tal-Italja għal sena u nofs, bejn is-16 ta' Novembru 2011 sat-28 ta' April 2013, u huwa ekonomista u politiku Taljan li twieled f'Varese, fil-Lombardia.

Mario Monti
Ministru Taljan tal-Affarijiet Barranin

26 Marzu 2013 - 28 April 2013
Giulio Terzi di Sant'Agata (en) Translate - Emma Bonino (en) Translate
54. Prim Ministru tal-Italja

16 Novembru 2011 - 28 April 2013
Silvio Berlusconi - Enrico Letta
Ministru Taljan tal-Ekonomija u l-Finanzi

16 Novembru 2011 - 11 Lulju 2012
Giulio Tremonti (en) Translate - Vittorio Grilli (en) Translate
Senatur għall-Għomor

9 Novembru 2011 - no value
Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni

15 Settembru 1999 - 30 Ottubru 2004
Karel Van Miert (en) Translate - Neelie Kroes (en) Translate
Kummissarju Ewropew għas-Suq Intern u s-Servizzi

18 Jannar 1995 - 15 Settembru 1999
Raniero Vanni d'Archirafi (en) Translate - Frits Bolkestein (en) Translate
Ħajja
Isem propju Mario Monti
Twelid Varese, 19 Marzu 1943 (81 sena)
Nazzjonalità Italja
L-ewwel lingwa Taljan
Edukazzjoni
Alma mater Università Bocconi
Università ta’ Yale
Livell tal-edukazzjoni dottorat
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ekonomista
politiku
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi Università Bocconi
Università ta’ Torino
Università ta’ Trento
Premjijiet
Sħubija Accademia dei Lincei
Kummissjoni Trilaterali
Académie des Sciences Morales et Politiques (en) Translate

Studji immodifika

Huwa ggradwa fl-ekonomija u l-immaniġġjar mill-Università Bocconi ta' Milan. Kompla bl-istudji universitarji tiegħu fl-Università ta' Yale, Connecticut, fl-Istati Uniti, fejn kien studja fil-klassijiet ta’ James Tobin, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Ekonomija.

Politika immodifika

L-ewwel gvern ta' Silvio Berlusconi fl-Italja kien għazlu bħala Kummissarju Ewropew fl-1994. Erba' snin wara, il-gvern ta' Massimo D'Alema kien ikkonfermah f'dik il-ħatra. It-tieni gvern ta' Berlusconi, fl-2004, ma kkonfermahx bħala Kummissarju Ewropew u minfloku ppropona lil Rocco Buttiglione. Iżda dan ma ġiex aċċettat mill-Parlament Ewropew u l-gvern Taljan ippropona lil Franco Frattini. Mario Monti kien il-President tal-Università Bocconi ta' Milan u l-ewwel President tal-grupp Bruegel, "think tank" Ewropew li twaqqaf fl-2005.

Huwa sar l-54 Prim Ministru tal-Italja, u Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi, fit-12 ta' Novembru 2011 wara r-riżenja ta' Berlusconi. Ġimgħa qabel, il-President ta’ dak iż-żmien, Giorgio Napolitano, kien ħatru senatur għall-għomor.

Mis-16 ta’ Mejju 2013 sas-17 ta’ Ottubru 2013, Monti kien il-President ta’ Scelta Civica (Għażla Ċivika), partit politiku ċentrista.[1]

Ħajja Personali immodifika

Huwa żżewweġ lil Elsa Antonioli fl-1970 u għandu żewġ ulied.[2]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Parties and Elections in Europe". www.parties-and-elections.eu. Miġbur 2021-05-05.
  2. ^ "Monti "non era un secchione": parla Padre Uberto Ceroni, suo ex prof |". Blitz quotidiano (bit-Taljan). 2012-02-10. Miġbur 2021-05-05.