Malcolm Macdonald

Malcolm Ian Macdonald (twieled fis-7 ta' Jannar 1950) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż, imlaqqam bħala "Supermac", li jibqa' famuż għall-perjodu li qatta' mat-tim ta' Newcastle United u l-Arsenal.

Malcolm Macdonald
Informazzjoni personali
Isem sħiħMalcolm Ian Macdonald
Twelid7 ta' Jannar 1950 (1950-01-07) (74 sena)
FulhamIngilterra
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1967–1968Tonbridge Angels
1968–1969Fulham
1969–1971Luton Town
1971–1976Newcastle United
1976–1979Arsenal
1979Djurgården
Tim nazzjonali
1972–1976Ingilterra
Timijiet ikkowċjati
1980–1984Fulham
1987–1988Huddersfield Town

Karriera immodifika

Imwieled f'Fulham, Londra, Macdonald beda bħala difensur fuq il-faxex qabel ma ħa l-irwol ta' attakkant. Hu lagħab għal staġun mat-tim ta' Fulham qabel ma ttrasferixxa mat-tim ta' Luton Town. Ma' Luton hu skorja 49 darba fi 88 partita, forma li laqtet għajn il-kowċ ta' Newcastle United FCNewcastle United Joe Harvey, li iffirma għalihom għal somma ta' £180,000 fis-sajf tal-1971. Ma' Newcastle mal-ewwel sab ruħu fost il-favoriti tal-partitarji, fejn fid-debutt tiegħu f'St James' Park hu skorja tripletta kontra Liverpool, u kien l-aqwa skorer tal-klabb għal ħames staġuni infila.

Waqt li kien ma' Newcastle, iddebutta mat-tim nazzjonali Ingliż, kontra t-tim nazzjonali ta' Wales. Fis-16 ta' April 1975, f'partita kontra Ċipru hu skorja l-ħames gowls fir-rebħa ta' 5–0, rekord li għadu sal-lum il-ġurnata. F'total ta' erbatax-il partita man-nazzjonali, hu skorja sitt darbiet (il-gowl l-ieħor jasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra ċ-ċampjins mondjali tal-Ġermanja tal-Punent.

Macdonald ħalla lil Newcastle għat-tim ta' Arsenal fl-1976, għal somma rari ta' £333,333.33, u lagħab żewġ staġuni (fejn kien l-aqwa skorer tal-klabb fiż-żewġ staġuni), però sofra minn weġgħa fl-irkoppa f'partita tal-League Cup kontra Roterham fil-bidu tal-istaġun 1978–79, fejn minn dakinhar baqa' ma rkuprax. Wara li qatta' xi xhur fl-Iżvezja ma' Djurgårdens IF hu ħabbar l-irtirar mil-logħba f'Awwissu tal-1979, fl-età prematura ta' 29 sena. Hu qatt ma rebaħ unur maġġuri imma kien fuq in-naħa telliefa fiż-żewġ finali tal-FA Cup.

Rwol bħala kowċ immodifika

Wara l-irtirar mil-logħob, hu rritorna ma' Fulham biex jiggwidahom għal erba' staġuni mill-1980 sal-1984, u aktar tard mat-tim ta' Huddersfield Town bejn l-1987 u l-1988. Iż-żmien li qatta' ma' Fulham kien wieħed ta' suċċess għall-bidu, fejn kiseb il-promozzjoni fl-1982. Fl-istaġun 1982–83, huma dehru bħala favoriti li jiksbu l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni għall-maġġoranza tal-istaġun, però forma negattiva lejn l-aħħar tal-istaġun wasslithom biss sar-raba' post. L-istaġun segwenti beda b'riżultati foqra qabel ma fit-tieni nofs rahom jikklassifikaw f'post sigur f'nofs il-klassifika, madankollu hu ġie rimpjazzat minn Ray Harford f'April tal-1984.

Ir-ritorn tiegħu bħala kowċ kien ma' Huddersfield fl-1987, però ż-żmien li qatta' magħom kien wieħed xejn pjaċevoli, fosthom telfa ta' 10–1 kontra Manchester City hekk kif il-klabb spiċċa relegat għat-Tieni Diviżjoni.

Madanakollu, wara li kien iddikjarat bħala fallut wara proġett ta' negozju li mar ħażin, flimkien mad-divorzju mat-tieni mara tiegħu u l-uġiegħ li kien għadu jsofru fuq l-irkoppa, hu sar alkoħoliku. Macdonald stqarr li l-uġigħ fl-irkoppa kienet qed tkabbar id-dipendenza tiegħu fuq l-alkoħol. Hu eventwalment qata' x-xorb fl-1997.[1]

Referenzi immodifika

  1. ^ Jackson, Jamie (2003-08-03). "Triumph and despair". The Observer (bl-Ingliż). Guardian Media Group. Miġbur 2009-03-14.

Ħoloq esterni immodifika