Luttu nazzjonali hija ġurnata li gvern ta' pajjiż jiddekreta li tkun uffiċjalment immarkata b'luttu u attivitajiet ta' tifkira jiġu osservati flimkien mal-maġġoranza tal-poplu tal-pajjiż. Ġranet bħal dawn jinkludu dawk li mmarkaw il-mewt jew il-funeral ta' figura jew figuri rinomata minn dak il-pajjiż, jew l-anniversarju mill-mewt jew imwiet ta' dawn, jew tifkira ta' diżastri naturali, etċ.

Eżempji ta' lutti nazzjonali immodifika

Nazzjonali immodifika

  •   Polonja (2010) – Ġiet dikjarata ġimgħa ta' luttu nazzjonali wara l-aħbar tal-mewt tal-president Lech Kaczynski f'inċident tal-ajru qrib Smolensk (Russja).[1] Barra mill-Polonja, il-Brażil iddikjara wkoll tliet ijiem ta' luttu nazzjonali; ir-Russja ddikjarat il-ġurnata tat-Tnejn 12 ta' April bħala luttu nazzjonali, waqt li l-Kanada għamlet dan fil-15 ta' April.
  •   Brażil (2009) – Ġew dikjarati tliet ijiem ta' luttu nazzjonali bħala tifkira tal-vittima tal-kraxx tal-ajruplan AF447.
  •   Awstralja (2009) – Ġiet dikjarata ġurnata ta' luttu nazzjonali minħabba l-vittmi tan-nirien li nqabdu fl-istat ta' Victoria.
  •   Stati Uniti – Mill-mewt tal-President John Fitzgerald Kennedy, sar komuni li tiġi kkommemorata id-data tal-funeral ta' president tal-Istati Uniti.
  •   Libanu (2005) – Ġiet dikjarata ġurnata ta' luttu nazzjonali wara l-mewt tal-Prim Ministru Rafiq Hariri.
  •   Portugall (1999) – Ġew dikjarati tliet ijiem ta' luttu nazzjonali wara l-mewt ta' Amália Rodrigues.
  •   Malta (1984) – Ġew iddikjarati jumejn ta' luttu nazzjonali wara t-traġedja tal-isplużjoni tal-patrol boat li ħalliet seba' vittmi mill-Korp tal-Pulizija.

Reliġjon immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ "Imut il-President tal-Polonja fi kraxx ta' ajruplan". Kullħadd. 2010-08-10. Miġbur 2010-08-13.
  2. ^ "Il-gvern malti jiddikjara luttu nazzjonali. Tislimiet mill-President u l-Prim Ministru". MaltaRightNow. 2005-04-04.