Liebru Manċurjan

Il-liebru Manċurjan, jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus mandshuricus, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), u nattiv tal-kontinent tal-Asja. Dan il-liebru huwa speċi mifrux ma' tliet pajjiżi Ażjatiċi, b'distribuzzjoni qalb il-muntanji fit-Tramuntana tal-peninsula Koreana fil-Korea ta' Fuq, fil-Grigal taċ-Ċina u fil-baċir tax-xmara Amur fir-Russja.

Liebru Manċurjan
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaLeporidae
ĠeneruLepus
speċi Lepus mandshuricus
Radde, 1861
Distribuzzjoni ġeografika
Informazzjoni ġenerali
Ħabitat shrubland (en) Translate

Liebru Manċurjan adult jista' jikber minn 40 sa massimu ta' 48 ċentimetru twil u jiżen madwar 2 kilogrammi. Id-denb jista jkun bejn 4.5 u 7.5 ċentimetri twil u l-widnejn normalment ikunu minn 7.5 sa 10.4 ċentimetri.

Klassifikazzjoni immodifika

Dan il-liebru huwa wieħed minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm l-ebda sottospeċi rikonoxxuta.

Referenzi immodifika

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Lepus mandshuricus fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006
  • Id-Databażi Palebijoloġika

Ħoloq esterni immodifika