Il-Liebru Indjan, magħruf xjentifikament bħala Lepus nigricollis, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) mifrux fin-Nofsinhar tal-kontinent Ażjatiku.

Liebru Indjan
Liebru Indjan Lepus nigricollis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. nigricollis
Isem binominali
Lepus nigricollis
(Cuvier, 1823)
Sottospeċi

L-isem komuni ta' Liebru Indjan ma' jgħid xejn ħlief wieħed mill-pajjiżi fejn jinsab mifrux dan il-liebru. Minn barra fl-Indja dan il-leporidu jinsab fil-Bangladexx fil-Pakistan u fi Sri Lanka għalkemm jinsab f'bosta pajjiżi u gżejjer oħra, wara li ġie introdott mill-intervent uman. L-isem xjentifiku Lepus nigricollis jgħid ħafna aktar dwaru minn dak komuni; infatti, il-kelma "nigricollis" tfisser "għonq iswed" u dan huwa fattizz partikulari ta' dan il-liebru fejn il-pil fuq in-naħa ta' wara tal-għonq huwa iswed.

Klassifikazzjoni immodifika

Dan il-liebru huwa wieħed minn sitt speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Indolagus u bħala speċi qiegħdha maqsuma minn tal-inqas f'seba' sottospeċi.

Referenzi immodifika