Knejjes tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Pskov

Sit ta' Wirt Dinji fir-Russja

Il-Knejjes tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Pskov tniżżlu bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.[1] Is-sit huwa magħmul minn għaxar knejjes jew monasteri u binjiet reliġjużi relatati madwar il-belt ta' Pskov fil-Federazzjoni Russa.[2]

Kartolina tal-Knejjes tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Pskov.

Storja immodifika

Dawn il-binjiet jirrappreżentaw ix-xogħol tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Pskov li ssejset fuq it-tradizzjonijiet Biżantini u ta' Novgorod, għaqdithom mat-tradizzjoni vernakolari lokali, u aġġustat l-arkitettura għall-użu tar-riżorsi lokali. Il-knejjes imorru lura għas-seklu 12 sal-bidu tas-seklu 17, u l-quċċata ta' dan l-istil intlaħqet fis-sekli 15-16. L-arkitetti minn Pskov ħadmu fuq għadd ta' monumenti f'diversi bliet Russi, fosthom Moska, Kazan u Sviyazhsk.

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

Il-Knejjes tal-Iskola tal-Arkitettura ta' Pskov ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".[2]

Komponenti immodifika

Ritratt ID Isem Koordinati Erja
  1523-009 Katidral ta' San Ġwann il-Battista ta' Pskov fil-Monasteru ta' Ivanovsky 57° 49′ 33.3″ N, 28° 19′ 4.8″ E 0,73 ha

(387 ha)

  1523-002 Monasteru ta' Mirozhsky u l-Knisja tat-Trasfigurazzjoni 57° 48′ 23.6″ N, 28° 19′ 43.2″ E 14,4 ha

(387 ha)

  1523-003 Knisja tal-Arkanġli Mikiel u Gabrijel ta' Gorodets 57° 49′ 5.7″ N, 28° 20′ 2.2″ E 0,55 ha

(387 ha)

  1523-004 Knisja tal-Verġni Marija Omm Alla 57° 48′ 19.3″ N, 28° 20′ 2.6″ E 0,14 ha

(387 ha)

  1523-005 Knisja ta' San Cosimo u ta' San Damjan 57° 49′ 23.7″ N, 28° 20′ 1.5″ E 0,14 ha

(387 ha)

  1523-006 Knisja ta' San Joris 57° 48′ 36″ N, 28° 19′ 56.9″ E 0,22 ha

(387 ha)

  1523-007 Knisja tal-Epifanija qrib Zapskovia 57° 49′ 22.4″ N, 28° 20′ 19.46″ E 0,24 ha

(387 ha)

  1523-008 Knisja ta' San Nikola 57° 48′ 55.9″ N, 28° 20′ 4.6″ E 0,25 ha

(387 ha)

  1523-009 Knisja ta' Bażilju tal-Għolja 57° 48′ 55.1″ N, 28° 20′ 8.9″ E 0,2 ha

(387 ha)

  1523-010 Monasteru ta' Snetogorsky u l-Knisja tan-Natività ta' Omm Alla 57° 50′ 6.3″ N, 28° 15′ 47.2″ E 0,2 ha

(387 ha)

Referenzi immodifika

  1. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Six cultural sites added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-05-02.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Churches of the Pskov School of Architecture". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-05-02.