Fl-Eġittu antik, l-iskribi bdew jiktbu l-ġeroglifiċi bl-għaġla billi jissemplifikawhom. Din il-kitba li tissejjaħ bil-kitba jeratika kienet użata fl-amministrazzjoni. Il-kelma jeratika ġejja mill-Grieg γράμματα ἱερατικά (grammata hieratika, litteralment "kitba qassisija jew saċerdotali"), u kienet użata għall-ewwel darba minn Klement ta' Lixandra fit-tieni seklu[1].

Il-papiru ta' Ebers

Il-kitba jeratika fil-fatt hi t-tieni livell ta' semplifikazzjoni tal ġeroglifiċi, l-ewwel waħda kienet il-ġeroglifiċi linjari, li huma verżjoni simplifikata tal-ġeroglifiċi li żammet il-valur rappreżentattiv tagħhom. Il-karattri jeratiċi, fihom nfushom, ma baqgħux jirrappreżenta oġġetti, iżda huma biss karattri arbitrarji bħall-ittri ta' alfabett.

Il-paleografi jikklassifikaw il-kitba jeratika bħala stenografija, użata fl-amministrazzjoni (korrispondenza, ħlas ta' djun, irċevuti lill-ħassiela u għall-kunsinji) iżda wkoll fil-qasam kulturali (testi letterarji jew xjentifiċi).

Eżempji tal-mogħdija tal-ġeroglifiċi għall-karattri jeratiċi (Champollion)


Referenzi immodifika

  1. ^ Goedicke 1988:vii; Wente 2001:2006. Stromata 5:4.