Kelb tal-Fenek

razza tal-klieb
Kelb tal-Fenek
Kelb tal-Fenek
Isem li bih magħruf internazzjonalment:
Pharaoh Hound
Pajjiż li oriġina minnu:
Malta
Klassifikazzjoni tar-Razza
FCI: Group 5 Section 6
AKC: Hound
ANKC: Group 4 (Hounds)
CKC: Group 2 - Hounds
KC(UK): Hound
NZKC: Hounds
UKC: Sighthounds and Pariah Dogs
Standard tar-Razza (ħoloq esterni bl-Ingliż)
FCI, AKC, ANKC
KC(UK), NZKC


Il-Kelb tal-Fenek ġej minn razza ta' klieb li tiklassifika bħala membru tal-familja tal-hound jew pariahs

Dehra immodifika

Din ir-razza ta' klieb aktarx hija mrawma mill-istess linja ta' klieb li ġew minnha r-razzez ta' klieb bħal Ibizian Hound (Castellano: Podenco Ibicenco, Català: Ca Eivissenc), li għandu forma tixbah lill-kelb tal-fenek imma b'kulur abjad u ftit kannella, u s-Sicilian Greyhound (Cirneco dell'Etna) li hu iżgħar mill-kelb tal-fenek.

Il-kelb tal-fenek hu kollu kemm hu kannella-ħamrani. Jeżistu klieb tal-fenek b'dabra bajda fuq rashom, ftit abjad fuq il-ponta ta' denbhom, tarf ta' saqajhom jew fuq żaqqhom. Id-dilettanti tal-kaċċa tal-fniek jippreferu kelb kollu kannella, biex il-kelb ma jiġix milmuħ mill-fniek meta d-dawl tal-qamar jirrifletti fuq l-abjad tal-kelb. Fost ir-raħħala, kelb tal-fenek bl-abjad huwa magħruf bħala faċċol

Storja immodifika

Minn analiżi tad-DNA fuq ir-razza li saret riċentament fl-Amerika, instab li l-kelb tal-fenek mhix razza ta' klieb antika bħalma kien maħsub, iżda razza li żviluppat fi' żminijiet iktar riċenti. B'dan nifmhu kemm hu żbaljat l-isem bl' Ingliż Pharaoh Hound meta din ir-razza hi purament Maltija u m'għandha x'taqsam xejn mal-klieb irjali tal-fargħuni.

(Holqa bl-Ingliż [1])

Ħoloq esterni immodifika