Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Artiklu prinċipali: Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006.

Grupp F tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 li saret fil-Ġermanja, kien jikkonsisti minn erba' timijiet. Il-logħob minn dan il-grupp sar bejn it-12 ta' Ġunju u t-22 ta' Ġunju 2006. Il-Brażil rebħu l-grupp, u avvanzaw għat-tieni taqsima tal-logħba, flimkien li magħhom ingħaqdu l-Awstralja. Il-Kroazja u l-Ġappun kellhom ibaxxu rashom hekk kif sfaw eliminati.


Awstralja

Brażil

Ġappun

Kroazja
Kwalifikat Kwalifikat


Dehra tal-Olympiastadion ta' Berlin matul il-konfront bejn il-Brażil u l-Kroazja

Il-Brażil laħqu l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja konxji li kienu fost il-favoriti netti li jerġgħu jakkwistaw t-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva, wara kampanja ta' kwalifikazzjoni mill-aqwa akkumpanjata minn staġun mill-aqwa għal Ronaldinho. Il-Kroazja, għas-suċċess li kellha fil-kompetizzjonijiet preċedenti u l-pożizzjoni tagħha fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp ta' kwalifikazzjoni quddiem l-Iżvezja, kienet il-favorita li ssib post fit-tieni taqsima permezz tat-tieni post fil-grupp. Il-Ġappun kienu dawk li kellhom ix-xewqa li jerġgħu jirrepetu l-istess passi li għamlu fl-edizzjoni preċedenti fejn f'dik is-sena kienu waslu sal-aħħar taqsima, waqt li l-Awstralja kienet qed tagħmel l-istorja meta reġgħet dehret f'din il-kompetizzjoni wara assenza ta' 32 sena.

Fl-ewwel partita tal-Brażil, it-tim wera livell ta' prestazzjoni baxxa, bid-detenturi ta' dan it-titlu juru nuqqas ta' sforz bid-difiża Kroata jirnexxielha tannulla kwalunkwe avvanz magħmul minn Ronaldinho u Ronaldo. Minkejja li Kaká ħareġ bil-gowl rebbieħ fl-44 minuta, ħafna kienu li ddubbitaw fuq il-prestazzjoni Brażiljana speċjalment fuq Ronaldo u l-prestazzjoni tiegħu, b'ħafna jikkritaw bil-qawwi lill-plejer għan-nuqqas ta' impenn li wera. Il-partita bejn l-Awstralja u l-Ġappun, rat lit-tim Ġappuniż jieħu l-vantaġġ b'gowl kontroversjali ta' Shunsuke Nakamura fis-26 minuta, meta l-plejers Awstraljani pprotestaw li Naohiro Takahara tellef lill-gowler Mark Schwarzer milli jilqa' l-ballun. Madanakollu, doppjetta tas-soltu Tim Cahill u John Aloisi fit-tieni taqsima kienu biżżejjed biex taw rebħa lill-Awstraljani bl-iskor ta' 3–1. Dawn il-gowls kienu l-ewwel gowls tal-Awstralja fl-istorja tagħhom fit-Tazza tad-Dinja. B'hekk is-Socceroos kisbu l-ewwel rebħa fit-Tazza tad-Dinja.

Konxji mill-bżonn li kellhom jiksbu xi punti kontra l-hekk mistħoqq l-aqwa tim tal-grupp, l-Awstralja ħarġet b'saħħitha kontra l-Brażil. Minkejja li l-Brażil kienu ta' aktar kwalità mit-tim Oċean, dan ma kienx rifless fuq il-grawnd. Madanakollu, in-nuqqas ta' esperjenza li l-Awstraljani kienu jħaddnu għal manifestazzjoni bħal din swiethom qares f'dan il-konfront. Il-Brażil marru minn fuq grazzi għal doppjetta ta' Adriano u tas-sostitut Fred, biex ħarġu rebbieħa 3–0 u assiguraw il-passaġġ għat-tieni taqsima. Il-Kroazja u l-Ġappun, min-naħa l-oħra, kellhom bżonn rebħa biex iżommu l-aspirazzjonijiet tagħhom għolja biex jilħqu 'l-Awstralja. Madanakollu, din il-partita spiċċat f'pari deludenti ta' mingħajr gowls.

Fl-aħħar partita tal-grupp, il-Ġappun lagħbu kontra l-Brażil. Minkejja li fit-teorija l-Ġappuniżi xorta kienu għadhom fiċ-ċans li jikkwalifikaw, fil-verità kellha tkun wirja impekabbli biex jinnulifikaw l-isfida tal-Brażil. B'sorpriża, Keiji Tamada fetaħ l-iskor għall-Ġappuniżi fl-34 minuta. Il-Brażil, li kienu għadhom iżommu r-rekord ta' disa' partiti mingħajr telfa fil-fażi finali tal-kompetizzjoni (bl-aħħar telfa tmur lura fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 1998 kontra Franza), irrispondu għal dan il-gowl bla mistenni, meta l-ħafna kritikat Ronaldo sikket 'il kritiċi tiegħu billi skorja l-gowl tal-pari. Dan il-gowl fisser ukoll li Ronaldo ħa post 'il leġġendarju Pelé fil-klassifika tal-aqwa skorers mat-tim nazzjonali Brażiljan f'dan it-turnew. Juninho Pernambucano u Gilberto tefgħu lill-Brażil fil-vantaġġ, u Ronaldo żied ir-raba' u l-aħħar gowl tal-konfront, b'dan il-gowl skorjat fil-81 minuta, jagħmlu l-iktar skorer prolifiku fl-istorja ta' dan it-turnew fejn ugwalja r-rekord tal-Ġermaniż Gerd Müller.

Il-partita l-oħra offriet aktar emozzjonijiet, bl-Awstralja u l-Kroazja jiġġieldu għall-aħħar post disponibbli għat-tieni taqsima. Bl-aqwa logħob ikun provdut mill-Balkaniċi, ma kinitx sorpriża li wara żewġ minuti Darijo Srna fetaħ l-iskor għall-Kroati. Craig Moore irnexxielu jġib parità fl-iskor wara 38 minuta. Fit-tieni taqsima, il-kaptan tal-Kroazja Niko Kovač reġa' poġġa fil-vantaġġ lit-tim tiegħu, b'gowl li wasal fis-57 minuta. Hekk kif bdew jgħaddu l-minuti, il-partita bdiet issir aktar vjolenti bir-referi Ingliż Graham Poll juri t-tieni karta safra (u b'hekk karta ħamra finali) lill-Kroat Dario Šimić u lill-Awstraljan Brett Emerton fil-85 u fis-87 minuta, rispettivament. Hekk kif deher li kienu se tkun il-Kroazja li tkompli l-avventura f'din il-kompetizzjoni, Harry Kewell skorja għall-Awstralja u kiseb il-pari ta' 2–2. Fl-aħħar istanti tal-partita, seħħ fatt stramb fejn fid-90 minuta Graham Poll wera t-tieni karta safra lil Josip Šimunić. Hekk kif kellu diġà karta safra li ngħatatlu fil-61 minuta, skont ir-regoli tal-FIFA dan kellu jħalli l-grawnd, imma r-referi ma weriex il-karta l-ħamra, u Šimunić kompla jilgħab sa tliet minuti wara meta fl-aħħar Poll wrielu t-tielet karta safra u finalment ingħata l-karta l-ħamra. B'riżultat ta' dan, il-FIFA issospendiet lil Graham Poll għall-kumplament tat-turnew. Finalment, il-partiti ntemmet bl-Awstraljani jilħqu għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom il-fażi tal-aħħar sittax.

Klassifika immodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Brażil 3 3 0 0 7 1 +6 9
  Awstralja 3 1 1 1 5 5 0 4
  Kroazja 3 0 2 1 2 3 −1 2
  Ġappun 3 0 1 2 2 7 −5 1

Awstralja vs Ġappun immodifika

12 ta' Ġunju 2006
15:00
Awstralja   3 – 1   Ġappun Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern
Attendenza: 46,000
Referi: Essam Abd El Fatah (Eġittu)
Cahill   84'89'
Aloisi   90+2'
Rapport Nakamura   26'
 
AWSTRALJA:
G 1 Mark Schwarzer
D 3 Craig Moore   58'   61'
D 2 Lucas Neill
D 14 Scott Chipperfield
M 20 Luke Wilkshire   75'
M 7 Brett Emerton
M 23 Mark Bresciano   53'
M 13 Vince Grella   33'
M 5 Jason Čulina
A 10 Harry Kewell
A 9 Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
M 4 Tim Cahill   69'   53'
A 19 Joshua Kennedy   61'
A 15 John Aloisi   78'   75'
Kowċ:
  Guus Hiddink
 
 
ĠAPPUN:
G 23 Yoshikatsu Kawaguchi
D 19 Keisuke Tsuboi   56'
D 5 Tsuneyasu Miyamoto (k)   31'
D 22 Yuji Nakazawa
M 3 Yūichi Komano
M 7 Hidetoshi Nakata
M 10 Shunsuke Nakamura
M 15 Takashi Fukunishi
M 14 Alex
A 13 Atsushi Yanagisawa   79'
A 9 Naohiro Takahara   40'
Sostituzzjonijiet:
D 2 Teruyuki Moniwa   68'   56'   90+1'
M 18 Shinji Ono   79'
A 16 Masashi Oguro   90+1'
Kowċ:
  Zico

Plejer tal-Partita:
  Tim Cahill

Assistenti:
  Dramane Dante
  Mamadou Ndoye
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Éric Poulat
Il-Ħames uffiċċjal:
  Vincent Texier

Brażil vs Kroazja immodifika

13 ta' Ġunju 2006
21:00
Brażil   1 – 0   Kroazja Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 72,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Kaká   44' Rapport
 
BRAŻIL:
G 1 Dida
D 2 Cafu (k)
D 3 Lúcio
D 4 Juan
D 6 Roberto Carlos
M 5 Emerson   42'
M 11 Zé Roberto
M 8 Kaká
M 10 Ronaldinho
A 7 Adriano
A 9 Ronaldo   70'
Sostituzzjonijiet:
A 23 Robinho   70'
Kowċ:
  Carlos Alberto Parreira
 
 
KROAZJA:
G 1 Stipe Pletikosa
D 7 Dario Šimić
D 4 Robert Kovač   67'
D 3 Josip Šimunić
M 2 Darijo Srna
M 10 Niko Kovač (k)   32'   41'
M 5 Igor Tudor   90'
M 8 Marko Babić
M 19 Niko Kranjčar
A 9 Dado Pršo
A 17 Ivan Klasnić   56'
Sostituzzjonijiet:
M 16 Jerko Leko   41'
A 18 Ivica Olić   56'
Kowċ:
  Zlatko Kranjčar

Plejer tal-Partita:
  Kaká

Assistenti:
  José Ramírez
  Héctor Vergara
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Mohamed Guezzaz
Il-Ħames uffiċċjal:
  Brahim Djezzar

Ġappun vs Kroazja immodifika

18 ta' Ġunju 2006
15:00
Kroazja   0 – 0   Ġappun FIFA WM Stadion Nürnberg, Nuremberga
Attendenza: 41,000
Referi: Frank De Bleeckere (Belġju)
Rapport
 
ĠAPPUN:
G 23 Yoshikatsu Kawaguchi   42'
D 21 Akira Kaji
D 5 Tsuneyasu Miyamoto (k)   21'
D 22 Yuji Nakazawa
D 14 Alex   72'
M 8 Mitsuo Ogasawara
M 7 Hidetoshi Nakata
M 15 Takashi Fukunishi   46'
M 10 Shunsuke Nakamura
A 9 Naohiro Takahara   85'
A 13 Atsushi Yanagisawa   61'
Sostituzzjonijiet:
M 17 Junichi Inamoto   46+1'
A 20 Keiji Tamada   61'
M 16 Masashi Oguro   85'
Kowċ:
  Zico
 
 
KROAZJA:
G 1 Stipe Pletikosa
D 3 Josip Šimunić
D 4 Robert Kovač   32'
D 7 Dario Šimić
M 2 Darijo Srna   69'   87'
M 5 Igor Tudor   70'
M 10 Niko Kovač (k)
M 8 Marko Babić
M 19 Niko Kranjčar   78'
A 9 Dado Pršo
A 17 Ivan Klasnić
Sostituzzjonijiet:
A 18 Ivica Olić   70'
M 14 Luka Modrić   78'
A 22 Ivan Bošnjak   87'
Kowċ:
  Zlatko Kranjčar

Plejer tal-Partita:
  Hidetoshi Nakata

Assistenti:
  Peter HeMans
  Walter Vromans
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Kevin Stott
Il-Ħames uffiċċjal:
  Gregory Barkey

Brażil vs Awstralja immodifika

18 ta' Ġunju 2006
18:00
Brażil   2 – 0   Awstralja FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Markus Merk (Ġermanja)
Adriano   49'
Fred   90'
Rapport
 
BRAŻIL:
G 1 Dida
D 2 Cafu (k)   29'
D 3 Lúcio
D 4 Juan
D 6 Roberto Carlos
M 5 Emerson   72'
M 11 Zé Roberto
M 8 Kaká
M 10 Ronaldinho
A 9 Ronaldo   31'   72'
A 7 Adriano   88'
Sostituzzjonijiet:
M 17 Gilberto Silva   72'
A 23 Robinho   83'   72'
A 21 Fred   88'
Kowċ:
  Carlos Alberto Parreira
 
 
AWSTRALJA:
G 1 Mark Schwarzer
D 3 Craig Moore   69'
D 2 Lucas Neill
D 6 Tony Popović   41'
M 7 Brett Emerton   13'
M 13 Vince Grella
M 14 Scott Chipperfield
M 21 Mile Sterjovski
M 4 Tim Cahill   56'
M 5 Jason Čulina   39'
A 9 Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
M 23 Mark Bresciano   41'
M 10 Harry Kewell   56'
A 15 John Aloisi   69'
Kowċ:
  Guus Hiddink

Plejer tal-Partita:
  Zé Roberto

Assistenti:
  Christian Schraer
  Jan-Hendrik Salver
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Marco Rodríguez
Il-Ħames uffiċċjal:
  Leonel Leal

Ġappun vs Brażil immodifika

22 ta' Ġunju 2006
21:00
Ġappun   1 – 4   Brażil FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Éric Poulat (Franza)
Tamada   34' Rapport Ronaldo   45+1'81'
Juninho   53'
Gilberto   59'
 
ĠAPPUN:
G 23 Yoshikatsu Kawaguchi
D 21 Akira Kaji   40'
D 19 Keisuke Tsuboi
D 22 Yuji Nakazawa (k)
D 14 Alex
M 8 Mitsuo Ogasawara   56'
M 7 Hidetoshi Nakata
M 17 Junichi Inamoto
M 10 Shunsuke Nakamura
A 11 Seiichiro Maki   60'
A 20 Keiji Tamada
Sostituzzjonijiet:
D 6 Koji Nakata   56'
A 9 Naohiro Takahara   60'   66'
A 16 Masashi Oguro   66'
Kowċ:
  Zico
 
 
BRAŻIL:
G 1 Dida (k)   82'
D 16 Gilberto   44'
D 4 Juan
D 3 Lúcio
D 13 Cicinho
M 10 Ronaldinho   71'
M 17 Gilberto Silva
M 19 Juninho Pernambucano
M 8 Kaká   71'
A 23 Robinho
A 9 Ronaldo
Sostituzzjonijiet:
M 11 Zé Roberto   71'
M 20 Ricardinho   71'
G 12 Rogério Ceni   82'
Kowċ:
  Carlos Alberto Parreira

Plejer tal-Partita:
  Ronaldo

Assistenti:
  Lionel Dagorne
  Vincent Texier
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
  Enock Molefe

Kroazja vs Awstralja immodifika

22 ta' Ġunju 2006
21:00
Kroazja   2 – 2   Awstralja Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Graham Poll (Ingilterra)
Srna   2'
N. Kovač   56'
Rapport Moore   38' (pen.)
Kewell   79'
 
KROAZJA:
G 1 Stipe Pletikosa   69'
D 7 Dario Šimić     32', 85'
D 13 Stjepan Tomas   79'
D 3 Josip Šimunić   61'     90', 93'[1]
M 5 Igor Tudor   38'
M 10 Niko Kovač (k)
M 2 Darijo Srna
M 19 Niko Kranjčar   65'
M 8 Marko Babić
A 9 Dado Pršo
A 18 Ivica Olić   73'
Sostituzzjonijiet:
M 16 Jerko Leko   65'
M 14 Luka Modrić   73'
A 17 Ivan Klasnić   84'
Kowċ:
  Zlatko Kranjčar
 
 
AWSTRALJA:
G 18 Željko Kalac
D 3 Craig Moore
D 2 Lucas Neill
D 14 Scott Chipperfield   75'
M 7 Brett Emerton     80', 87'
M 13 Vince Grella   63'
M 21 Mile Sterjovski   71'
M 5 Jason Culina
M 4 Tim Cahill
M 10 Harry Kewell
A 9 Mark Viduka (k)
Sostituzzjonijiet:
A 15 John Aloisi   63'
M 23 Mark Bresciano   71'
A 19 Joshua Kennedy   75'
Kowċ:
  Guus Hiddink

Plejer tal-Partita:
  Harry Kewell

Assistenti:
  Philip Sharp
  Glen Turner
Ir-Raba' uffiċċjal:
  Jerome Damon
Il-Ħames uffiċċjal:
  Kevin Stott

Referenzi immodifika

  1. ^ Šimunić ingħata tliet karti sofor f'din il-partita: ir-referi naqas li jkeċċieh wara t-tieni karta safra, u ngħata biss il-karta ħamra wara t-tielet safra. Ir-rapport oriġinali tal-partita mill-FIFA wera t-tliet karti sofor, madankollu ġie modifikat ftit wara, bit-tieni karta safra (90') ma tkunx imniżżla; mhuwiex magħruf jekk dan hux minħabba l-konsistenza fir-rapporti, jew l-karta s-safra ġiet mneħħija.

Ħoloq esterni immodifika