Gareth Barry (Hastings, 23 ta' Frar 1981) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż li kien jilgħab bħala midfilder.

Gareth Barry
Informazzjoni personali
Twelid23 ta' Frar 1981 (1981-02-23) (43 sena)
HastingsIngilterra
Tul1.85 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1991–1997Brighton & Hove Albion
1997–1998Aston Villa
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–2009Aston Villa
2009–2014Manchester City
2013–2014Everton (self)
2014–2017Everton
2017–2020West Bromwich Albion
Tim nazzjonali
2000–2012Ingilterra

Karriera immodifika

Aston Villa immodifika

Barry ingħaqad ma' Aston Villa fl-1997 minn Brighton & Hove Albion, f'akkwist doppju flimkien ma' Michael Standing. Madanakollu, it-trasferiment ħoloq tensjoni bejn iż-żewġ klabbs hekk kif il-bord ta' Brighton talab għal kumpens ta' £2.5 miljun, iżda t-tribunal tal-Football Association iddeċieda li s-somma tkun ta' £2.4 miljun ġaladarba Barry u Standing jilgħabu mat-tim nazzjonali. Hu lagħab l-ewwel logħba tiegħu għal Villa fit-2 ta' Mejju 1998 kontra Sheffield Wednesday. Għall-bidu beda jilgħab bħala difensur, fuq in-naħa xellugija tat-triju difensiv li kien jinkludi lil Gareth Southgate u Ugo Ehiogu. Minn dak iż-żmien Barry beda jsawwar kwalitajiet versatili, fejn minn difensur ċentrali, qaleb għal difensur xellugi, imbagħad għal midfilder xellugi u finalment stabbilixxa ruħu bħala midfilder ċentrali.

Sa April tal-2008, Barry, li kien qed joqrob l-400 dehra għal Aston Villa, kien l-iktar plejer li qatt serva lit-tim fl-istorja.[1] Matul il-partita mill-kampjonat kontra Bolton Wanderers tat-28 ta' Ottubru 2007, Barry sar l-iżgħar plejer li qatt deher fi 300 logħba tal-Premier League (ta' 26 sena u 247 ġurnata), fejn ħa post Frank Lampard.[2]

F'Mejju tal-2008, Liverpool għamlu serje ta' offerti sabiex jixtru lil Barry, kollha kemm huma jiġu rifjutati minn Aston Villa.[3][4] Barry pubblikament ikkritika lill-kowċ Martin O'Neill, fejn akkużah li ma kien qiegħed jagħmel xejn sabiex jipperswadieh jibqa' mal-klabb, u tenn għal darb'oħra x-xewqa tiegħu li jingħaqad ma' Liverpool.[5] O'Neill ċaħad din l-istqarrija u Barry ġie uffiċjalment dixxiplinat mill-klabb talli xorta waħda ta intervista minkejja li ma kienx awtorizzat. Offerta oħra ta' £15-il miljun ġiet ukoll rifjutata hekk kif kienet mistħoqqa minn Villa bħala 'l bogħod mit-£18-il miljun li jixtiequ.

Barry baqa' plejer ta' Aston Villa u beda l-partita valida għat-Tazza UEFA kontra FH Hafnarfjordur, fejn skorja fir-rebħa ta' 4–1. Nhar it-18 ta' Settembru 2008, Barry għamel l-400 preżenza bil-flokk ta' Villa fil-partita barra minn darhom kontra Litex Lovech fit-Tazza UEFA. Hu skorja penalty hekk kif Villa ħarġu rebbieħa 3–1. Wara li weġġa' d-difensur veteran Martin Laursen, Barry reġa' ingħata l-faxxa ta' kaptan f'Jannar tal-2009. Fil-karriera tiegħu ma' Aston Villa, Gareth Barry għamel 441 dehra fejn skorja 52 gowl.

Manchester City immodifika

Nhar it-2 ta' Ġunju 2009, Barry iffirma kuntratt ta' ħames snin ma' Manchester City għal somma ta' £12-il miljun.[6] Hu ddebutta għal City fl-ewwel logħba tal-istaġun kontra Blackburn Rovers f'Ewood Park, fejn lagħab id-90 minuta fir-rebħa ta' 2–0. Barry skorja l-ewwel gowl tiegħu għal City fil-logħba mill-Premier league kontra Manchester United fl-20 ta' Settembru 2009 fejn ġab l-iskor indaqs għal 1–1, minkejja li City tilfu l-logħba 4–3.

Fl-istaġun 2010–11 hu għen lil City jirbħu l-FA Cup, l-ewwel unur tal-klabb wara 35 sena, filwaqt li l-istaġun ta' wara lagħab 34 logħba tal-kampjonat hekk kif Manchester City rebħu l-kampjonat, l-ewwel wieħed f'44 sena.

Internazzjonali immodifika

Wara li lagħab 27 partita mat-tim nazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena, Kevin Keegan sejjaħlu għat-tim nazzjonali tal-kbar. Hu ddebutta f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ukrajna, fil-31 ta' Mejju 2000. L-ewwel logħba mal-ewwel ħdax kienet kontra Franza tat-2 ta' Settembru 2000. L-ewwel gowl bil-flokk Ingliż wasal kontra t-Trinidad u Tobago, logħba ta' ħbiberija tal-1 ta' Ġunju 2008. Taħt il-gwida l-ġdida ta' Fabio Capello, Barry sar figura regolari tat-tim Ingliż fejn kien jiġi skjerat fil-pożizzjoni ta' midfilder quddiem id-difiża.[7] Nhar it-12 ta' Novembru 2011, Barry lagħab il-50 logħba tiegħu għall-Ingilterra fir-rebħa ta' 1–0 fuq Spanja wara li daħal bħala sostitut.

Statistika immodifika

Klabb immodifika

Aġġornati sad-19 ta' Mejju 2013[8]
Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Aston Villa 1997–98 2 0 0 0 0 0 0 0 2 0
1998–99 32 2 2 0 0 0 3 0 37 2
1999–2000 30 1 6 0 8 0 0 0 44 1
2000–01 30 0 3 0 1 0 4 1 38 1
2001–02 20 0 1 0 0 0 7 0 28 0
2002–03 35 3 1 0 4 1 4 0 44 4
2003–04 36 3 1 1 6 0 0 0 43 3
2004–05 34 7 1 1 1 0 0 0 36 8
2005–06 36 3 3 1 3 2 0 0 42 6
2006–07 35 8 1 0 3 1 0 0 39 9
2007–08 37 9 1 0 2 0 0 0 40 9
2008–09 38 5 1 0 1 0 8 3 48 8
Total 365 41 21 3 29 4 26 4 441 52
Manchester City 2009–10 34 2 3 0 6 1 43 3
2010–11 33 2 7 0 0 0 7 0 47 2
2011–12 34 1 0 0 2 0 7 0 44 1
2012–13 31 1 5 1 1 0 4 0 41 2
Total 132 6 15 1 9 1 19 0 175 8
Total tal-karriera 497 47 36 4 40 5 45 4 616 60

Gowls internazzjonali immodifika

Gowl Data Grawnd Avversarju Skor Riżultat Kompetizzjoni
1. 1 ta' Ġunju 2008 Port of Spain, Trinidad   Trinidad u Tobago 0–1 0–3 Logħba ta' ħbiberija
2. 6 ta' Ġunju 2009 Almaty, Każakistan   Każakistan 0–1 0–4 Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010
3. 15 ta' Novembru 2011 Wembley Stadium, Londra   Żvezja 1–0 1–0 Logħba ta' ħbiberija

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Aston Villa
Manchester City

Individwali immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ "Gareth Barry: Player Profile" (bl-Ingliż). Aston Villa F.C. Miġbur 2008-10-24.
  2. ^ Lillywhite, Jamie (2007-10-28). "Bolton 1-1 Aston Villa" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-03-31.
  3. ^ "Villa reveal Liverpool Barry bid" (bl-Ingliż). BBC. 2008-05-02. Miġbur 2008-05-02.
  4. ^ "Barry returns to Villa training" (bl-Ingliż). BBC. 2008-06-12. Miġbur 2008-06-12.
  5. ^ "Gareth Barry: I want to join Liverpool, my mind is made up" (bl-Ingliż). The Telegraph. 2008-06-29.
  6. ^ "England ace Barry in £12m City switch" (bl-Ingliż). Manchester City FC. 2009-06-02. Miġbur 2009-06-02.
  7. ^ McKenzie, Andrew (2008-06-01). "Trinidad & Tobago 0-3 England" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-06-01.
  8. ^ "Squad Profiles - Gareth Barry" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2013-05-30.

Ħoloq esterni immodifika