Festival tal-Eurovision 2011

kompetizzjoni annwali

Il-Festival tal-Eurovision 2011 kien is-56 konkors annwali tal-Eurovision. Dan il-festival sar f'Düsseldorf, il-Ġermanja, wara li l-Ġermanja rebħet il-konkors tal-2010 permezz ta' Lena Meyer-Landrut bil-kanzunetta "Satellite". Il-kompetizzjoni saret fl-Esprit Arena ta' Düsseldorf, li ntgħażlet minn tliet postijiet madwar il-Ġermanja fil-fażi finali li saret fl-2010.

Festival tal-Eurovision 2011
"Feel Your Heart Beat!"
Dati
Data tal-1el semifinali 10 ta' Mejju 2011
Data tal-2ni semifinali 12 ta' Mejju 2011
Data tal-finali 14 ta' Mejju 2011
Ospitu
Sala Esprit Arena, Düsseldorf, Ġermanja
Preżentatur(i) Anke Engelke
Judith Rakers
Stefan Raab
Att tal-ftuħ Stefan Raab ikanta "Satellite" ma' Lena Meyer-Landrut
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 43
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Bandiera tal-Italja Italja
Bandiera ta' San Marino San Marino
Bandiera tal-Ungerija Ungerija
Pajjiżi li rtiraw Ħadd
Vote
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan
"Running Scared"
Festival tal-Eurovision
◄2010 2012►

Id-dati stabbiliti għaż-żewġ semifinali kienu l-10 u t-12 ta' Mejju 2011, bil-finali ppjanata għal-lejla tal-14 ta' Mejju 2011. Tlieta u erbgħin pajjiż ikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-konkors, fejn fost dawk li irritornaw lura kien hemm l-Awstrija, li l-aħħar ipparteċipat fl-2007; l-Ungerija, li kkompetew l-aħħar darba fl-2009; u San Marino, li pparteċipaw l-aħħar darba fl-2008. L-Italja wkoll irritornat lejn il-konkors fejn din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tagħha mill-1997.

Post immodifika

 
L-Esprit Arena
 
Anke Engelke, Judith Rakers u Stefan Raab, il-preżentaturi tal-edizzjoni ta' din is-sena

Nhar it-12 ta' Otturu, 2010, ġie imħabbar mill-istazzjon Ġermaniż Norddeutscher Rundfun (NDR) li l-Esprit Arena f'Düsseldorf kien se jkun l-post fejn se ssir l-edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision il-Ġermanja. Dan se jkun l-ewwel darba li l-Konkors tal-Eurovision se jsir fil-Ġermanja wara r-riunifikazzjoni, billi l-Ġermanja tal-Punent ospitat dan il-festival fl-1957 u l-1983. Il-Ġermanja huwa wkoll l-ewwel membru tal-"Big Five" li se jospita l-konkors, peress li fl-implimentazzjoni tar-regola tas-sena 2000, li tippermetti l-akbar ħames kontributuri tal-European Broadcasting Union (EBU) – il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Italja – li jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali flimkien mar-rebbieħ tas-sena preċedenti.

Fażi tal-offerti immodifika

Total ta' tmient ibliet urew interess li jospitaw l-avveniment li jinkludi lil Berlin, Amburgu, Hanover, Gelsenkirchen, Düsseldorf, Kolonja, Frankfurt u Munich. Fil-21 ta' Awwissu 2010, l-NDR ħabbret li l-bliet ta' Berlin, Amburgu, Hannover u Düsseldorf kienu l-uniċi li applikaw uffiċjalment biex jospitaw l-konkors tal-2011.

Pjanijiet dwar fejn il-konkors jista' jinżamm f'kull belt li applikat jinkludi:

  • Berlin: Tinda kbira fuq il-qasam ta' ħdejn il-hangars tal-Ajruport Tempelhof
  • Düsseldorf: Esprit Arena
  • Amburgu: Ċentru tal-Wiri ta' Amburgu
  • Hanover: Ċentru tal-Wiri ta' Hanover

Format immodifika

L-erba' pajjiżi li jiffurmaw parti mill-"Big Four", flimkien mal-pajjiż ospitu tal-konkors, awtomatikament jieħu post fil-finali. Għall-edizzjoni tal-2011, minħabba li l-Ġermanja barra li hi l-ospitu tifforma wkoll parti mill-"Big Four", wassal għal post vakanti fil-finali. Laqgħa li saret ġewwa Belgrad iddikjarat li r-regoli mhumiex se jinbidlu, u li n-numru ta' parteċipanti fil-finali se jinbidel sempliċement minn ħamsa u għoxrin għal erbgħa u għoxrin.[1] Fil-31 ta' Diċembru 2010, tħabbret il-lista uffiċjali ta' parteċipanti li kienet tinkludi r-ritorn tal-Italja. Sussegwentament, din ġiet miżjuda bħala membru tal-"Big Five" li jwassal sabiex tikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, flimkien mal-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit. B'din il-bidla, in-numru ta' finalisti reġa' ġie restawrat għal ħamsa u għoxrin.

Fit-31 ta' Awwissu 2010, Svante Stockselius ħalla postu bħala Superviżur Eżekuttiv tal-Festival tal-Eurovision, b'postu jieħdu n-Norveġiż Jon Ola Sand.[2]

Allokazzjoni tas-semifinali immodifika

It-tlugħ tal-poloz ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti tas-semifinali saru nhar it-Tnejn 17 ta' Jannar 2011. Il-pajjiżi parteċipanti ġew maqsuma f'sitt urni skont kif ivvutaw sal-2010. It-tlugħ barra li ddeċieda f'liema semifinali se tikkompeti semifinali, iddetermina jekk hux mal-ewwel jew mal-aħħar nofs tas-semifinali, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu bil-ħinijiet rispettivi tal-provi. Ġie wkoll deċiż f'liema semifinali l-pajjiżi tal-"Big Five" (Franza, il-Ġermanja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Italja) se jivvutaw.[3]

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5 Urna 6

Parteċipanti immodifika

Nhar il-31 ta' Diċembru 2010, l-EBU ikkonfermat li tlieta u erbgħin pajjiż se jieħdu sehem fil-Eurovision 2011. Din l-edizzjoni se tara r-ritorn ta' erba' pajjiżi – l-Awstrija, l-Italja, San Marino u l-Ungerija. Il-Montenegro applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors fl-4 ta' Diċembru, però irtiraw in-nomina tagħha fit-23 ta' Diċembru.

Għall-bidu s-Slovakkja ħabret l-irtirar tagħha mill-avveniment minħabba raġunijiet finanzjarji, minkejja li sondaġġ pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-istazzjon Slovenská televízia (STV) wera vot favur parteċipazzjoni. STV ħabbru li kienu beħsiebhom jirritornaw għall-konkors tal-2012. Madanakollu, l-applikazzjoni Slovakka baqgħet fuq il-lista proviżorja. Lejn Jannar tal-2011, STV tenniet li s-Slovakkja kienet fil-fatt se tirtira mill-festival kawża ta' problemi finanzjarji u bidliet fl-organika. Madanakollu, il-pajjiż ġie mniżżel mill-EBU bħala wieħed mis-semifinalisti fit-tlugħ tal-poloz tas-17 ta' Jannar, u STV aktar tard ikkonfermat li kienu se jipparteċipaw sabiex jevitaw li jieħdu multa talli rtiraw tard.

Waqt laqgħa f'Belgrad fit-28 ta' Awwissu 2010, l-EBU iddeċidiet li kull pajjiż għandu jagħżel l-artist u l-kanzunetta tiegħu qabel l-14 ta' Marzu 2011. Nhar is-17 ta' Jannar 2011, ittellgħu l-poloz għall-postijiet fiż-żewġ semifinali ġewwa Düsseldorf.

Semifinali immodifika

Semifinali 1 immodifika

  • L-ewwel semifinali saret fl-Esprit Arena f'Düsseldorf fl-10 ta' Mejju 2011.
  • L-għaxar pajjiżi f'din is-semifinali bl-iktar punti, skont kombinazzjoni ta' voti tal-ġurija u tal-pubbliku minn kull pajjiż, ikkwalifikaw għall-finali.
  • Ir-Renju Unit u Spanja iridu jxandru u jivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Polonja Magdalena Tul "Jestem" Jiena jien 19 18
02   Norveġja Stella Mwangi "Haba Haba" Ftit ftit 17 30
03   Albanija Aurela Gaçe "Feel the Passion" Ħoss il-passjoni 14 47
04   Armenja Emmy "Boom-Boom" 12 54
05   Turkija Yüksek Sadakat "Live It Up" Għixha 13 47
06   Serbja Nina "Čaroban" Maġika 8 67
07   Russja Alex Sparrow "Get You" Naqbdek 9 64
08   Żvizzera Anna Rossinelli "In Love for a While" Mħabba għal ftit 10 55
09   Ġeorġja Eldrine "One More Day" Jum ieħor 6 74
10   Finlandja Paradise Oskar "Da Da Dam" 3 103
11   Malta Glen Vella "One Life" Ħajja waħda 11 54
12   San Marino Senit "Stand By" Stenna 16 34
13   Kroazja Daria "Celebrate" Iċċelebra 15 41
14   Iżlanda Sigurjón's Friends "Coming Home" Lura d-dar 4 100
15   Ungerija Kati Wolf "What About My Dreams?" U l-ħolm tiegħi? 7 72
16   Portugall Homens da Luta "A luta é alegria" It-taqbid huwa allegrija 18 22
17   Litwanja Evelina Sašenko "C'est ma vie" Din hi ħajti 5 81
18   Ażerbajġan Ell u Nikki "Running Scared" Niġri imbeżża 2 122
19   Greċja Loukas Giorkas u Stereo Mike "Watch My Dance" Ara ż-żifna tiegħi 1 133

Semifinali 2 immodifika

  • It-tieni semifinali saret fl-Esprit Arena f'Düsseldorf fit-12 ta' Mejju 2011.
  • L-għaxar pajjiżi f'din is-semifinali bl-iktar punti, skont kombinazzjoni ta' voti tal-ġurija u tal-pubbliku minn kull pajjiż, ikkwalifikaw għall-finali.
  • Franza, il-Ġermanja u l-Italja iridu jxandru u jivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Bosnja-Ħerzegovina Dino Merlin "Love in Rewind" Imħabba bil-maqlub 5 109
02   Awstrija Nadine Beiler "The Secret Is Love" Is-sigriet huwa l-imħabba 7 69
03   Netherlands 3JS "Never Alone" Qatt waħdek 19 13
04   Belġju Witloof Bay "With Love Baby" Bl-imħabba qalbi 11 53
05   Slovakkja TWiiNS "I'm Still Alive" Għadni ħaj 13 48
06   Ukrajna Mika Newton "Angels" Anġli 6 81
07   Moldova Zdob şi Zdub "So Lucky" Daqshekk fortunat 10 54
08   Żvezja Eric Saade "Popular" Popolari 1 155
09   Ċipru Christos Mylordos "San Aggelos S'agapisa" Ħabbejtek bħal anġlu 18 16
10   Bulgarija Poli Genova "Na inat" Minkejja 12 48
11   Maċedonja Vlatko Ilievski "Rusinka" Tfajla Russa 16 36
12   Iżrael Dana International "Ding Dong" 15 38
13   Slovenja Maja Keuc "No One" Ħadd 3 112
14   Rumanija Hotel FM "Change" Bidla 4 111
15   Estonja Getter Jaani "Rockefeller Street" Triq Rockefeller 9 60
16   Bjelorussja Anastasia Vinnikova "I Love Belarus" Inħobb il-Belarus 14 45
17   Latvja Musiqq "Angel in Disguise" Anġlu fil-moħbi 17 25
18   Danimarka A Friend In London "New Tomorrow" Għada jum ġdid 2 135
19   Irlanda Jedward "Lipstick" Lipstick 8 68

Finali immodifika

  • Il-finali saret fl-14 ta' Mejju 2011.
  • Huma biss il-pajjiżi tal-"Big Five" li ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali.
  • Miż-żewġ semifinali tal-10 u t-12 ta' Mejju 2011, għoxrin pajjiż ikkwalifikaw għall-finali. Total ta' ħamsa u għoxrin pajjiż ikkontestaw il-finali.
  • Is-sistema ta' votazzjoni wżata se tkun l-istess bħal dik tal-edizzjoni tal-2010, b'kombinazzjoni tal-voti tal-ġurija u tal-pubbliku jiddeċiedu r-rebbieħ. It-telespettaturi jistgħu jivvutaw matul l-esebizzjonijiet, bil-votazzjoni jagħlaq ħmistax-il minuta wara t-tmien tal-kanzunetti.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01   Finlandja Paradise Oskar "Da Da Dam" 21 57
02   Bosnja-Ħerzegovina Dino Merlin "Love in Rewind" Imħabba bil-kuntrarju 6 125
03   Danimarka A Friend In London "New Tomorrow" Għada jum ġdid 5 134
04   Litwanja Evelina Sašenko "C'est ma vie" Din hi ħajti 19 63
05   Ungerija Kati Wolf "What About My Dreams?" U l-ħolm tiegħi? 22 53
06   Irlanda Jedward "Lipstick" Lipstick 8 119
07   Żvezja Eric Saade "Popular" Popolari 3 185
08   Estonja Getter Jaani "Rockefeller Street" Triq Rockefeller 24 44
09   Greċja Loukas Giorkas u Stereo Mike "Watch My Dance" Ara ż-żifna tiegħi 7 120
10   Russja Alex Sparrow "Get You" Naqbdek 16 77
11   Franza Amaury Vassili "Sognu" Ħolma 15 82
12   Italja Raphael Gualazzi "Madness of Love" Mħabba miġnuna 2 189
13   Żvizzera Anna Rossinelli "In Love for a While" Mħabba għal ftit 25 19
14   Renju Unit Blue "I Can" Jien Nista' 11 100
15   Moldova Zdob şi Zdub "So Lucky" Daqshekk fortunat 12 97
16   Ġermanja Lena "Taken by a Stranger" Maqbuda minn stranġier 10 107
17   Rumanija Hotel FM "Change" Bidla 17 77
18   Awstrija Nadine Beiler "The Secret Is Love" Is-sigriet huwa l-imħabba 18 64
19   Ażerbajġan Ell u Nikki "Running Scared" Niġri imbeżża 1 221
20   Slovenja Maja Keuc "No One" Ħadd 13 96
21   Iżlanda Sigurjón's Friends "Coming Home" Lura d-dar 20 61
22   Spanja Lucía Pérez "Que me quiten lo bailao" Huma ma jistgħux jieħdu l-affarijiet sbieħ li għext[4] 23 50
23   Ukrajna Mika Newton "Angels" Anġli 4 159
24   Serbja Nina "Čaroban" Maġika 14 85
25   Ġeorġja Eldrine "One More Day" Jum ieħor 9 110

Votazzjoni matul il-finali immodifika

  1.   Russja
  2.   Bulgarija
  3.   Netherlands
  4.   Italja
  5.   Ċipru
  6.   Ukrajna
  7.   Finlandja
  8.   Norveġja
  9.   Armenja
  10.   Maċedonja
  11.   Iżlanda
  12.   Slovakkja
  13.   Renju Unit
  1.   Danimarka
  2.   Awstrija
  3.   Polonja
  4.   Żvezja
  5.   San Marino
  6.   Ġermanja
  7.   Ażerbajġan
  8.   Slovenja
  9.   Turkija
  10.   Żvizzera
  11.   Greċja
  12.   Ġeorġja
  13.   Franza
  14.   Serbja
  15.   Kroazja
  1.   Bjelorussja
  2.   Rumanija
  3.   Albanija
  4.   Malta
  5.   Portugall
  6.   Ungerija
  7.   Litwanja
  8.   Bosnja-Ħerzegovina
  9.   Irlanda
  10.   Spanja
  11.   Iżrael
  12.   Estonja
  13.   Moldova
  14.   Belġju
  15.   Latvja

12-il punt immodifika

Hawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:

Drabi Pajjiż riċevitur Pajjiż votant
5   Bosnja-Ħerzegovina Awstrija, Maċedonja, Serbja, Slovenja, Żvizzera
4   Italja Albanija, Latvja, San Marino, Spanja
3   Ażerbajġan Malta, Russja, Turkija
  Danimarka Iżlanda, Irlanda, Olanda
  Ġeorġja Bjelorussja, Litwanja, Ukrajna
  Irlanda Danimarka, Żvezja, Renju Unit
  Ukrajna Armenja, Ażerbajġan, Slovakkja
2   Franza Belġju, Greċja
  Litwanja Ġeorġja, Polonja
  Rumanija Italja, Moldova
  Slovenja Bożnija u Ħerżegovina, Kroazja
  Spanja Franza, Portugall
  Żvezja Estonja, Iżrael
1   Awstrija Ġermanja
  Finlandja Norveġja
  Greċja Ċipru
  Ungerija Finlandja
  Iżlanda Ungerija
  Moldova Rumanija
  Renju Unit Bulgarija

Referenzi immodifika

  1. ^ Bakker, Sietse (28-08-2010). eurovision.tv (ed.). "Reference Group gathered in Belgrade" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Siim, Jarmo (26-11-2010). eurovision.tv (ed.). "Jon Ola Sand new Executive Supervisor" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Bakker, Sietse (16-01-2011). eurovision.tv (ed.). "Düsseldorf gets ready for exchange and draw" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ It-titlu tal-kanzunetta Spanjola huwa proverbju. Litteralment tfisser "Huma ma jistgħux jieħdu l-affarijiet li żfint".

Ħoloq esterni immodifika