Emiliano Adrian Insúa Zapata (twieled fis-7 ta' Jannar 1989) huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab fuq il-faxxa xellugija u anki f'dik ċentrali tad-difiża mat-tim Arġentin ta' Racing Club.

Emiliano Insúa
Informazzjoni personali
Isem sħiħEmiliano Adrian Insúa Zapata
Twelid7 ta' Settembru 1989 (1989-09-07) (34 sena)
Buenos Aires, Arġentina
Tul1.80 m
RwolDifensur xellugi
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliRacing Club
Mixtliet
Boca Juniors
Karriera professjonali
SninKlabb
2007Boca Juniors
2007Liverpool (self)
2007–2011Liverpool
2010–2011Galatasaray (self)
2011–2013Sporting
2013–2015Atlético Madrid
2013–2015Rayo Vallecano (self)
2015–2020VfB Stuttgart
2020–2021LA Galaxy
2021Aldosivi
2022–Racing Club
Tim nazzjonali
2009–2017Arġentina

Karriera immodifika

Insúa beda l-karriera tiegħu mat-tim ġovanili ta' Pinocho fl-Arġentina, fejn wara ngħaqad mat-tim ta' Boca Juniors. Minkejja li ma rnexxilux jiżblokka ruħu fl-ewwel tim f'La Bombonera, hu xorta waħda attira l-attenzjoni ta' Liverpool. Id-difensur qabel li jiġi msellef għal tmintax-il xahar mal-klabb ta' Mersyeside fit-28 ta' Novembru 2006, fejn dan il-perjodu beda f'Jannar ta' wara. Id-debutt tiegħu mal-ewwel tim wasal fit-28 ta' April 2007 kontra Portsmouth. Madanakollu, hu deher biss darbtejn fil-kampjonat.

Il-perjodu ta' self inqaleb għal wieħed permanenti f'Awwissu tal-2007, fi qbil li ra lill-kompatrijott Gabriel Paletta jingħaqad ma' Boca. Il-prestazzjonijiet tiegħu impressjonaw biżżejjed lill-kowċ Rafael Benítez li offrielu kuntratt ġdid ta' tliet snin, fit-2 ta' Lulju 2008. Insúa ngħata n-numru 22 għall-istaġun 2008–09, fejn minkejja li ftit kellu ċans jimpressjona mal-ewwel tim, hu rnexxielu jirbaħ, flimkien mat-tim tar-Riservi, il-kampjonat tal-istess kategorija. Il-fatt li Fábio Aurélio kien qiegħed ibati minn problemi fiżiċi u l-forma diżappuntanti ta' Andrea Dossena, Insúa ngħata l-opportunità li jagħmel tiegħu l-pożizzjoni bħala difensur xellugi. Hu rnexxielu jokkupa din il-pożizzjoni wkoll għall-bidu tal-istaġun 2009–10, fejn għeleb il-konkorrenza ta' Aurélio u Dossena.

Fis-sajf tal-2010 ġie misluf lill-klabb Tork ta' Galatasaray. Wara s-sena ta' self, ġie akkwistat mit-tim Portugiż ta' Sporting fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin,[1] u ngħata l-flokk numbru 48.[2]

Nhar il-25 ta' Jannar 2013, Atlético Madrid ħabbru li akkwistaw lil Insúa għas-somma ta' €10 miljuni.[3]

Internazzjonali immodifika

Grazzi għall-prestazzjonijiet sodi ma' Liverpool, Insúa ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali tal-Arġentina għall-partiti kruċjali kontra l-Perù u l-Urugwaj.

Statistika immodifika

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Liverpool 2006–07 2 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 0
2007–08 3 0 0 0 0 0 0 0 0 0 3 0
2008–09 10 0 1 0 2 0 0 0 0 0 13 0
2009–10 7 0 0 0 0 0 1 0 0 0 8 0
Total 22 0 1 0 2 0 1 0 0 0 26 0
Total tal-karriera 22 0 1 0 2 0 1 0 0 0 26 0

Korretti sad-29 ta' Awwissu 2009

Referenzi immodifika

  1. ^ "Emiliano Insua leaves Liverpool for Sporting Lisbon" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-08-27. Miġbur 2011-08-27.
  2. ^ BBC Sport, ed. (2011-08-26). "Insúa "leão" por cinco anos" (bil-Portugiż). Miġbur 2011-08-27.
  3. ^ "Insúa, un regalo para Simeone" (bl-Ispanjol). BBC Sport. 2013-01-25. Miġbur 2013-01-25.

Ħoloq esterni immodifika