Eileen Montesin

attriċi u xandara Maltija

Eileen Montesin (B'Kara, 1 ta' Ottubru 1962) hija attriċi u xandara Maltija. Tikteb skripts għad-drama, tipproduċi serje televiżivi u tidderiġihom, u hija preżentatriċi fuq it-TV u r-radju.

Studjat fl-Iskola Primarja ta' B'Kara u l-MTADA.

Eileen Montesin
Ħajja
Twelid 1 Ottubru 1962 (61 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
xandar
produttur tat-televiżjoni

Xandir Malta immodifika

Bdiet bħala radio announcer ma' Xandir Malta f'Settembru 1979, fl-età ta' 17-il sena. Fuq TVM ippreżentat Kikku & Sika, l-ewwel minn sensiela ta' programmi għat-tfal li baqgħet ittella' sal-1987, meta wara li tela' Gvern Nazzjonalista tneħħiet minn Xandir Malta. Meta kienet għadha Xandir Malta ppreżentat ukoll Blanzuni 85 u ħadet sehem fid-drammi It-tieġ ta’ Karmena Abdilla u In-Neputija tal-Kappillan f'Dar il-Mediterran, li ntwerew ukoll fuq TVM.

Fl-2004, il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Mallia qatgħetha li Montesin kienet ġiet diskriminata minħabba opinjoni politika fl-1987.

Super ONE immodifika

Fl-1992, marret mal-istazzjon tal-Partit Laburista Super 1. Kellha programm tar-radju kuljum. Produċiet u ippreżentat diversi programmi fuq ir-radju u t-TV fosthom Punt & Ċapċipa (kwizz), Rodeo (country & western show), Qisu l-Bieraħ (kompetizzjoni ta' kant Malti antik), Xalamita u bdiet l-ewwel teleserial tagħha bl-isem Undercover. Mexxiet ħafna kampanji ta' ġbir ta' fondi għall-Partit Laburista.

Wara li kellha diżgwid mas-Super One u mal-Partit Laburista li miegħu kienet timmilita, resqet lejn il-Partit Nazzjonalista. Fl-2001, ma kinitx qabel mad-direttiva tal-Partit li ma tiħux sehem fl-Istrina. Għall-elezzjoni tal-2003, hija intervistat lill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, li min-naħa tiegħu talabha maħfra għal mod kif kienet ġiet trattata fl-1987. Bdiet tmexxi kampanji ta' ġbir ta' fondi għall-Partit Nazzjonalista.

PBS immodifika

Fl-2002 Eileen marret mal-PBS fejn ipproduċiet KC, UC5 u Dejjem Tiegħek Becky, kontinwazzjoni ta' Undercover. Għamlet żmien ukoll tippreżenta fuq Calypso Radio (101.8 FM) u Solid Radio (100.2 FM).

Net TV u Radio 101 immodifika

Fl-2011 marret ma' Net TV fejn ipproduċiet u dderiġiet is-serje Dejavu, Becky u It's Morris. Tippreżenta programm kuljum fuq Radio 101, illum NET FM.

Ħajja Personali immodifika

Miżżewġa lil Mark Haber u għandhom tifla, Christine Haber.