Antonio Luna Rodríguez

Antonio Manuel Luna Rodríguez (twieled fis-17 ta' Marzu 1991) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab bħala difensur xellugi.

Antonio Luna
Informazzjoni personali
Isem sħiħAntonio Manuel Luna Rodríguez
Twelid17 ta' Marzu 1991 (1991-03-17) (33 sena)
Son ServeraSpanja
Tul1.77 m
RwolDifensur xellugi
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliVolos
Mixtliet
Sevilla
Karriera professjonali
SninKlabb
2009–2011Sevilla B
2010–2013Sevilla
2011Almería (self)
2013Mallorca (self)
2013–2015Aston Villa
2014–2015Verona (self)
2015Spezia (self)
2015–2017Eibar
2017–2020Levante
2017–2020Rayo Vallecano (self)
2020–2021Girona
2021–2022Cartagena
2022–Volos
Tim nazzjonali
2009Spanja U19
2011Spanja U20

Karriera immodifika

Imwieled f'Son Severa, fil-Gżejjer Baleariċi, Luna beda l-karriera professjonali tiegħu mat-tim tar-riservi ta' Sevilla fis-Segunda División B. Hu ddebutta mat-tim tal-kbar fil-15 ta' Mejju fil-logħba mirbuħa bl-iskor ta' 3–2 kontra Almería, biex b'din ir-rebħa kisbu l-aħħar post allokat għall-UEFA Champions League.[1] Erbat ijiem wara lagħab il-finali tal-Copa del Re, fir-rebħa ta' 2–0 kontra Atlético Madrid.

Fid-19 ta' Jannar 2011, Luna ġie misluf lil Almería sa tmiem l-istaġun fejn minkejja li okkupa post regulari fit-tim, ma setax jipprevjeni r-relegazzjoni tat-tim mill-ogħla diviżjoni. Mar-ritorn tiegħu ma' Sevilla lagħab 14-il logħba tal-kampjonat fl-2011–12, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fit-telfa ta' 2–1 kontra Málaga. It-tieni nofs tal-istaġun qattgħu b'self lil Mallorca fejn għal darb'oħra kellu jsofri relegazzjoni oħra.

Fl-20 ta' Ġunju 2013, Aston Villa ħabbru l-akkwist ta' Luna b'kuntratt ta' tliet snin.[2] Luna għamel id-debutt għal Aston Villa fis-17 ta' Awwissu u skorja kontra Arsenal fir-rebħa ta' 3–1.

Unuri immodifika

Sevilla

Referenzi immodifika

  1. ^ "Almeria 2 - 3 Sevilla FC" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2010-05-15. Miġbur 2012-12-13.
  2. ^ "Full-back Luna excited to sign for "historic and huge" Villa" (bl-Ingliż). Aston Villa FC. 2013-06-20. Miġbur 2013-06-20.

Ħoloq esterni immodifika