Albanija fil-Festival tal-Eurovision

L-Albanija ipparteċipat fil-Festival tal-Eurovision seba' darbiet, fejn iddebuttat fl-2004. L-aqwa pożizzjoni ġiet fis-sena debuttanti, fejn Anjeza Shahini kisbet is-seba' post bil-kanzunetta "The Image Of You". Minħabba li spiċċat mal-ewwel għaxra, l-Albanija kellha post garantit fil-finali fejn Ledina Çelo interpretat "Tomorrow I Go". Ledina ma tantx kisbet riżultat tajjeb, fejn spiċċat fis-sittax-il post u b'hekk kellha tikkompeti fis-semi-finali.

Albanija
Albanija
Stazzjon membru RTSH
Selezzjoni nazzjonali Festivali I Këngës
Parteċipazzjoni
Dehriet 8
L-ewwel dehra 2004
L-aqwa riżultat 7 (2004)
L-agħar riżultat 17 SF (2007)
Ħoloq esterni
Paġna fuq Eurovision.tv

La Luiz Ejlli u lanqas Frederik Ndoci ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mis-semifinali. Olta Boka, ir-rappreżentatriċi tal-Albanija fl-2008, irnexxielha takkwista l-ewwel finali wara assenza ta' sentejn.

Għall-Festival tal-Eurovision 2009, l-Albanija kienet l-ewwel pajjiż li għażlet kemm l-artist kif ukoll il-kanzunetta għal dan il-konkors. Ir-rebbieħ ġie magħżul mill-festival nazzjonali, Festivali I Këngës. Ir-rebbieħa kienet Kejsi Tola bil-kanzunetta "Më merr në ëndërr" (Ħudni fil-ħolm tiegħek), li ġiet komposta minn Edmond Zhulali u Agim Doçi, li t-tnejn li huma kkomponu l-kanzunetta tal-ewwel parteċipazzjoni tal-Albanija.[1] Il-kanzunetta tkantat bl-Ingliż bħala "Carry Me in Your Dreams". Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Albanija ikkwalifikaw għall-finali wara s-seba' post miksub fis-semifinali. Finalment, Kejsi Tola waslet sas-sbatax-il post b'48 punt.

Rappreżentanti immodifika

Sena Artist Kanzunetta Finali Punti Semi Punti
2004 Anjeza Shahini "The Image Of You" 7 106 4 167
2005 Ledina Çelo "Tomorrow I Go" 16 53 X X
2006 Luiz Ejlli "Zjarr E Ftohtë" X X 14 58
2007 Aida u Frederik Ndoci "Hear my Plea" X X 17 49
2008 Olta Boka "Zemrën lamë peng" 16 55 9 67
2009 Kejsi Tola "Carry Me in Your Dreams" 17 48 7 73
2010 Juliana Pasha "It's All About You" 16 62 6 76
2011 Aurela Gaçe "Feel the Passion" X X 13 47
2012 Rona Nishliu "Suus" 5 146 2 146
2013 Adrian Lulgjuraj & Bledar Sejko "Identitet"

Votazzjoni immodifika

 
Frederik Ndoci f'Ħelsinki (2007)
 
Olta Boka f'Belgrad (2008)

L-Albanija tat l-aktar punti lil:

Nru. Pajjiż Punti
1   Greċja 85
2   Turkija 61
3   Bosnja-Ħerzegovina 48
4   Spanja 29
5   Ġermanja 26

L-Albanija irċiviet l-aktar punti minn:

Nru. Pajjiż Punti
1   Maċedonja 55
2   Greċja 47
3   Żvizzera 39
4   Kroazja 26
4   Turkija 26

Referenzi immodifika

  1. ^ Klier, Marcus (2008-12-21). "Albania decided: Kejsi Tola to Eurovision!" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2008-12-24.

Ħoloq esterni immodifika